Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [COM(2010)0289 - C7-0143/2010- 2010/0160(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jean-Paul Gauzès (A7-0340/2010)
Jean-Paul Gauzès ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmu: Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill) u Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu: Sebastian Valentin Bodu (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, Wolf Klinz f'isem il-Grupp ALDE, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, u Ildikó Gáll-Pelcz.
PRESIDENZA: Libor ROUČEK Viċi President
Tkellem Evelyn Regner.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly, Zigmantas Balčytis, Csanád Szegedi, Elena Băsescu u Gay Mitchell.
Tkellmu: Michel Barnier, Olivier Chastel u Jean-Paul Gauzès.