Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 14 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu

PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi President

17. Ħin għall-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kummissjoni)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B7-0655/2010).

Mistoqsija 15 (Vilija Blinkevičiūtė): Ħarsien ta' saħħet in-nisa.

John Dalli (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Vilija Blinkevičiūtė u Silvia-Adriana Ţicău.

Mistoqsija 16 (Tiziano Motti): Id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2010 dwar il-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' twissija bikrija (EWS) kontra l-pedofili u dawk li jagħtu fastidju sesswali.

László Andor (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Tiziano Motti, Janusz Władysław Zemke u Georgios Papanikolaou.

Mistoqsija 17 (Barbara Matera): Iż-żgħażagħ u s-suq tax-xogħol.

László Andor wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Barbara Matera, Nikolaos Chountis u Seán Kelly.

Mistoqsija 18 (Marc Tarabella): L-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Marc Tarabella, Mairead McGuinness u Silvia-Adriana Ţicău.

Mistoqsija 19 (Georgios Papanikolaou): In-nefqa għall-interpretazzjoni, traduzzjoni u informazzjoni li jikkonċernaw il-proċeduri penali fl-Istati Membri.

Viviane Reding wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Georgios Papanikolaou u Brian Crowley.

Mistoqsija 25 (Jim Higgins): It-tkabbir tal-UE biex tinkludi lit-Turkija.

Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Jim Higgins u Seán Kelly.

Tkellem Bernd Posselt, dwar it-tmexxija tal-ħin tal-mistoqsijiet.

Mistoqsija 24 (Bernd Posselt): Kooperazzjoni bejn il-Vojvodina u l-Kroazja tal-Lvant.

Mistoqsija 26 (Georgios Koumoutsakos): L-effetti tal-firxa u ż-żieda fl-intensità tan-nazzjonaliżmu fl-Albanija u l-prospetti Ewropej tagħha.

Štefan Füle wieġeb il-mistoqsijiet kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Bernd Posselt, Georgios Koumoutsakos u Justas Vincas Paleckis.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kummissjoni ntemm.

Tkellem Barry Madlener dwar it-tmexxija tal-ħin tal-mistoqsijiet.

Avviż legali - Politika tal-privatezza