Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
Tkellem Jean-Pierre Audy, abbażi tal-Artikoli 146 u 148 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-multilingwiżmu fi ħdan il-Parlament Ewropew.
7.1. Il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, għall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u għall-Palestina (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità [COM(2010)0760 - C7-0398/2010- 2010/2293(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A7-0367/2010)
7.2. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kif modifikat mill-Kunsill (votazzjoni)
Abbozzi ta' emendi għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (it-taqsimiet kollha).
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, l-abbozzi ta' emendi, biex jiġu adottati għandhom jirċievu l-voti tal-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament Ewropew.
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Il-ħames abbozzi ta' emendi ma ntlaqgħux.
Interventi
Martin Schulz, qabel il-votazzjoni dwar l-emenda 13, dwar din l-emenda..
7.3. Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit ġdid 2011 kif modifikat mill-Kunsill (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, taqsimiet kollha, kif modifikat mill-Kunsill [17635/2010 - C7-0411/2010- 2010/2290(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Korapporteurs: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska u Helga Trüpel (A7-0369/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill) li kkostata li l-Parlament approva l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit 2011 mingħajr emendi, u feraħ b'dan ir-riżultat.
Il-President għamel din id-dikjarazzjoni:
“Għall-ewwel darba, applikajna l-proċedura prevista fit-Trattat ta' Lisbona. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tal-10 ta' Diċembru 2010 tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali ppreżentat mill-Kummissjoni fis-26 ta' Novembru 2010. Il-proċedura baġitarja tlestiet f'konformità mal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'konformità ma' dan l-artikolu u mal-punt 4(a) tiegħu, jien nikkostata li l-baġit għas-sena finanzjarja 2011 ġie adottat definittivament.”
Il-President stieden lil Alain Lamassoure (President tal-Kumitat BUDG), lill-korapporteurs Sidonia Elżbieta Jędrzejewska u Helga Trüpel, kif ukoll lil Olivier Chastel (President fil-kariga tal-Kunsill) u Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) jingħaqdu miegħu.