Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu

11. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

°
° ° °

Bernd Posselt għarraf li minħabba raġunijiet ta' natura teknika ma setax jieħu sehem fil-votazzjonijiet dwar ir-rapport A7-0367/2010, kif ukoll dwar l-Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kif modifikat mill-Kunsill, u dwar l-emenda 21 tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B7-0688/2010.

Robert Sturdy għarraf li minħabba raġunijiet ta' natura teknika ma setax jieħu sehem fil-votazzjonijiet dwar l-Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kif modifikat mill-Kunsill.

Iuliu Winkler għarraf li fil-ħin tal-votazzjoni tat-23 ta' Novembru 2010, xtaq jivvota favur ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tar-Rapport Rapkay dwar Għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (P7_TA(2010)0424), imma ma setax minħabba raġunijiet ta' natura teknika.

Avviż legali - Politika tal-privatezza