Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu

15. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Philippe Boulland minflok Pascale Gruny bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 15 ta' Diċembru 2010.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Philippe Boulland jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .

Avviż legali - Politika tal-privatezza