Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI
Viċi President

5. Appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar - Appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari - Strateġija tal-UE għall-persuni bla dar (dikjarazzjonijiet bil-miktub)
Rapporti Verbatim

Appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar

Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0071/2010 ippreżentata mill-Membri Jean-Paul Besset, Chris Davies, Sirpa Pietikäinen u Daciana Octavia Sârbu dwar l-appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar, sad-data 16 ta' Diċembru 2010 ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2010)0497), waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (ara l-Anness 1).

Appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari

Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0062/2010 ippreżentata mill-Membri Joanna Senyszyn, Ivo Belet, Mary Honeyball, Seán Kelly u Hannu Takkula dwar appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari, sad-data 16 ta' Diċembru 2010 ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2010)0498), waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (ara l-Anness 2).

Strateġija tal-UE għall-persuni bla dar

Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0061/2010 ippreżentata mill-Membri Britta Thomsen, Elizabeth Lynne, Ilda Figueiredo, Karima Delli u Jacek Protasiewicz dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar, sad-data 16 ta' Diċembru 2010 ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2010)0499), waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (ara l-Anness 3).

Tkellmu: Seán Kelly, Karima Delli u Jean-Paul Besset, rispettivament dwar id-dikjarazzjonijiet 0062/2010, 0061/2010 u 0071/2010.

Avviż legali - Politika tal-privatezza