Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim ta' sħubija volontarja UE-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) [12796/2010 - C7-0339/2010- 2010/0217(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Yannick Jadot (A7-0371/2010)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tar-regolamenti tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u l-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) [10028/2010 - C7-0170/2010- 2010/0062(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Yannick Jadot (A7-0370/2010)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0202/2010) imressqa minn Yannick Jadot f'isem il-Grupp Verts/ALE, Catherine Bearder f'isem il-Grupp ALDE, David Martin f'isem il-Grupp S&D, Joe Higgins f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Ftehimiet volontarji ta' sħubija FLEGT mal-Kongo u mal-Kamerun u VPAs ippjanati oħrajn (B7-0802/2010)
Yannick Jadot ippreżenta r-rapporti tiegħu.
Catherine Bearder, David Martin, Joe Higgins u Daniel Caspary għamlu l-mistoqsija bi tweġiba orali.