Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
7.1. Mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata(verżjoni kodifikata) ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata (verżjoni kodifikata) [COM(2010)0391 - C7-0209/2010- 2008/0009(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Jiří Maštálka (A7-0363/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 1)
7.2. Protokoll għall-Ftehima Ewro-Mediterranja bejn il-KE u l-Ġordan, fid-dawl tal-adeżjoni mal-UE tal-Bulgarija u r-Rumanija *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan biex titqies l-adeżjoni mal-UE tal-Bulgarija u tar-Rumanija [06903/2010 - C7-0384/2010- 2007/0231(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Gabriele Albertini (A7-0373/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.
7.3. Ftehim KE-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar is-servizzi tal-ajru *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru [06646/2010 - C7-0103/2010- 2008/0145(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dieter-Lebrecht Koch (A7-0361/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dieter-Lebrecht Koch (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 138(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE [10753/3/2010 - C7-0267/2010- 2008/0098(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Catherine Stihler (A7-0343/2010)
(Maġġoranza kwalifikata) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
7.5. L-implimentazzjoni tal-Konsensus Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja: l-analiżi ta' nofs it-term tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha u t-triq 'il quddiem (votazzjoni)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja: l-analiżi ta' nofs it-term tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha u t-triq 'il quddiem [2010/2101(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Michèle Striffler (A7-0375/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
7.6. L-agrikoltura bħala settur strateġiku fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rikonoxximent tal-agrikoltura bħala settur strateġiku fil-kuntest tas-sigurtà tal-ikel [2010/2112(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Daciana Octavia Sârbu (A7-0376/2010)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)