Il-President irrefera għall-proċess ta' demkoratizzazzjoni fit-Tuneżija u s-sitwazzjoni instabbli fl-Eġittu. Huwa enfasizza li l-Parlament iqis il-libertà u d-demokrazija bħala elementi indispensabbli għall-progress u l-istabilità fir-reġjun.
Huwa fakkar li fl-20 ta' Jannar 2011 il-Latvja fakkret l-20 anniversarju tal-"Ħadd imdemmi" meta l-armata Sovjetika attakat binjiet uffiċjali fil-belt kapitali. Dakinhar kien hemm għadd ta' persuna li sfaw mejta u għadd kbir ta' midruba.
Huwa rrefera għall-każ ta' Sahra Bahrami, ta' nazzjonalità Olandiża, li ġiet ikkundannata għall-mewt u nqatlet fl-Iran fid-29 ta' Jannar 2011. Huwa talab spjegazzjonijiet mingħand il-gvern Iranjan u esprima li skont il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea il-piena tal-mewt qatt ma tista' titqies bħala piena ġusta.
Barra minn hekk, huwa rrefera għall-każ ta' David Kato, attivist tad-drittijiet tal-bniedem, li nqatel nhar is-26 ta' Jannar 2011 fl-Uganda. Huwa appella lill Gvern Ugandiż biex iressaq lil dawk ħatja tar-reat quddiem il-ġustizzja.
Il-President ikkonkluda billi semma li fit-8 ta' Frar 2011 se ssir laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti miftuħa għad-deputati kollha.
Tkellem Michael Cashman dwar il-każ ta' David Kato.