Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 2 ta' Frar 2011 - Brussell

8. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni;

- Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nru 1, 2 u 3 u tal-Annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim;

- Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros;

- Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropew u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra.

Avviż legali - Politika tal-privatezza