Il-mistoqsijiet orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-0203/2010) mressqa minn Louis Michel, Charles Goerens, Antonyia Parvanova, Frédérique Ries u Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, Maria Da Graça Carvalho, Nessa Childers, Marc Tarabella, Bart Staes u Marina Yannakoudakis, lill-Kummissjoni: Tuberculosis Vaccine Initiative (TBVI) - implimentazzjoni prattika tal-istrateġija Ewropa 2020 bil-għan li jintlaħaq l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju nru 6 sal-2015 (B7-0006/2011);
- (O-0012/2011) mressqa minn Vital Moreira u Francesca Balzani, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (B7-0007/2011);
- (O-0013/2011) mressqa minn Vital Moreira u Francesca Balzani, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (B7-0008/2011).