10. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (D010515/03 - 2011/2530(RPS) - skadenza: 18/04/2011) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (D011417/04 - 2011/2550(RPS) - skadenza: 24/04/2011) irreferut responsabbli: TRAN
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D012200/02 - 2011/2549(RPS) - skadenza: 21/04/2011) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../.. li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta' skart fl-Anness IIIA miegħu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (D012358/02 - 2011/2548(RPS) - skadenza: 20/04/2011) irreferut responsabbli: ENVI