Indiċi 
Minuti
PDF 211kWORD 153k
L-Erbgħa, 2 ta' Frar 2011 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 3.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 4.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 5.Verifika tal-kredenzjali
 6.Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
 8.Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill
 9.Mistoqsijiet orali (tressiq)
 10.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Dokumenti mressqa
 12.Ordni tal-ħidma
 13.Ir-rikonoxximent mill-UE tal-ġenoċidju tar-Roma matul it-Tieni Gwerra Dinjija
 14.Preparazzjoni għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (4 ta' Frar 2011) (dibattitu)
 15.Is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b'mod partikolari fit-Tuneżija u fl-Eġittu (dibattitu)
 16.Referendum dwar l-istatus futur tas-Sudan t'Isfel (dibattitu)
 17.Il-ħatra fil-karigi eżekuttivi għolja tal-ASE (dibattitu)
 18.Ftehimiet dwar il-kummerċ tal-banana *** - Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana ***I - Ftehimiet dwar il-kummerċ tal-banana (dibattitu)
 19.Inizjattiva dwar it-Tilqima kontra t-Tuberkulożi (dibattitu)
 20.Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 22.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Jerzy BUZEK
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.00.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.

°
° ° °

Francisco José Millán Mon għarraf li, bi żball, huwa kien ivvota favur l-emenda 13 tar-rapport Laima Liucija Andrikienė A7-0339/2010 (punt 6.4 tal- Minuti ta' 16.12.2010); l-intenzjoni tiegħu kienet li jivvota kontra.


3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President irrefera għall-proċess ta' demkoratizzazzjoni fit-Tuneżija u s-sitwazzjoni instabbli fl-Eġittu. Huwa enfasizza li l-Parlament iqis il-libertà u d-demokrazija bħala elementi indispensabbli għall-progress u l-istabilità fir-reġjun.

Huwa fakkar li fl-20 ta' Jannar 2011 il-Latvja fakkret l-20 anniversarju tal-"Ħadd imdemmi" meta l-armata Sovjetika attakat binjiet uffiċjali fil-belt kapitali. Dakinhar kien hemm għadd ta' persuna li sfaw mejta u għadd kbir ta' midruba.

Huwa rrefera għall-każ ta' Sahra Bahrami, ta' nazzjonalità Olandiża, li ġiet ikkundannata għall-mewt u nqatlet fl-Iran fid-29 ta' Jannar 2011. Huwa talab spjegazzjonijiet mingħand il-gvern Iranjan u esprima li skont il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea il-piena tal-mewt qatt ma tista' titqies bħala piena ġusta.

Barra minn hekk, huwa rrefera għall-każ ta' David Kato, attivist tad-drittijiet tal-bniedem, li nqatel nhar is-26 ta' Jannar 2011 fl-Uganda. Huwa appella lill Gvern Ugandiż biex iressaq lil dawk ħatja tar-reat quddiem il-ġustizzja.

Il-President ikkonkluda billi semma li fit-8 ta' Frar 2011 se ssir laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti miftuħa għad-deputati kollha.

Tkellem Michael Cashman dwar il-każ ta' David Kato.


4. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp ECR:

Kumitat JURI: Syed Kamall minflok Daniel Hannan;

Kumitat AFCO: Daniel Hannan minflok Syed Kamall.

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


5. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonferma l-validità tal-mandat ta' María Irigoyen Pérez b'effett mis-16 ta' Novembru 2010, ta' Philippe Boulland b'effett mill-15 ta' Diċembru 2010 u ta' Agnès Le Brun b'effett mill-1 ta' Jannar 2011.


6. Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat responsabbli ppreżenta r-rettifika (P7_TA-PROV(2010)0480(cor01)) għal test adottat mill-Parlament Ewropew:

Rettifika għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dar l-inizjattiva taċ-ċittadini
P7_TA-PROV(2010)0480 - (COM(2010)0119 – C7-0089/2010 – 2010/0074(COD)) AFCO

Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.

Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit Séance en direct.


7. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti

Skont l-Artikolu 123(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 73, 74, 76 u 77/2010 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.


8. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni;

- Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nru 1, 2 u 3 u tal-Annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra;

- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim;

- Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros;

- Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropew u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra.


9. Mistoqsijiet orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):

- (O-0203/2010) mressqa minn Louis Michel, Charles Goerens, Antonyia Parvanova, Frédérique Ries u Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, Maria Da Graça Carvalho, Nessa Childers, Marc Tarabella, Bart Staes u Marina Yannakoudakis, lill-Kummissjoni: Tuberculosis Vaccine Initiative (TBVI) - implimentazzjoni prattika tal-istrateġija Ewropa 2020 bil-għan li jintlaħaq l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju nru 6 sal-2015 (B7-0006/2011);

- (O-0012/2011) mressqa minn Vital Moreira u Francesca Balzani, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (B7-0007/2011);

- (O-0013/2011) mressqa minn Vital Moreira u Francesca Balzani, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (B7-0008/2011).


10. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (D010515/03 - 2011/2530(RPS) - skadenza: 18/04/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar sistema ta' ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (D011417/04 - 2011/2550(RPS) - skadenza: 24/04/2011)
irreferut responsabbli: TRAN

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni u r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq prodotti tal-ikel u li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D012200/02 - 2011/2549(RPS) - skadenza: 21/04/2011)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO

- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../.. li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta' skart fl-Anness IIIA miegħu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (D012358/02 - 2011/2548(RPS) - skadenza: 20/04/2011)
irreferut responsabbli: ENVI


11. Dokumenti mressqa

Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:

1) mill-kumitati parlamentari

1.1) rapporti

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta' Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (07782/2010 - C7-0148/2010 - 2010/0057(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0002/2011)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana (COM(2010)0096 - C7-0074/2010 - 2010/0056(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0003/2011)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Tamás Deutsch (2010/2123(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Francesco Enrico Speroni (A7-0015/2011)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) (COM(2008)0810 - C6-0472/2008 - 2008/0241(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Karl-Heinz Florenz (A7-0229/2010)

1.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (16440/1/2010 - C7-0425/2010 - 2009/0059(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Helmut Scholz (A7-0005/2011)

- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (16442/1/2010 - C7-0426/2010 - 2009/0060A(COD)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Gay Mitchell (A7-0006/2011)

- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb ta’ adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (16447/1/2010 - C7-0424/2010 - 2010/0059(COD)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Charles Goerens (A7-0009/2011)

- ***II Abbozz ta' rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (16446/1/2010 - C7-0427/2010 - 2009/0060B(COD)) - Kumitat AFET - Rapporteurs: Barbara Lochbihler, Kinga Gál (A7-0014/2011).


12. Ordni tal-ħidma

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar I 2011 (PE 457.398/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt, bl-approvazzjoni tal-gruppi politiċi (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

1. Id-Dikjarazzjoni tal-President dwar ir-rikonoxximent mill-UE tal-ġenoċidju tar-Roma matul it-Tieni Gwerra Dinjija (punt 39 tal-PDOJ) se tkun segwita minn interventi mill-Kunsill u mill-Kummissjoni u rawnd ta' kelliema mill-gruppi politiċi.

2. It-titolu tad-dibattitu previst dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(punt 27 tal-PDOJ) ġie mmodifikat kif ġej:
"Dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b'mod partikolari fit-Tuneżija u fl-Eġittu".

3. Il-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar it-Tuneżija se sseħħ, kif previst, nhar il-Ħamis 3 ta' Frar 2011. Waqt is-sessjoni Frar II se ssir il-votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar l-Eġittu.

4. Id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel
(punt 37 tal-PDOJ) ġie pospost għas-sessjoni ta' Frar II. Dan ġie sostitwit b'dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ħatra fil-karigi eżekuttivi għolja tal-ASE, segwiti minn rawnd ta' kelliema mill-gruppi politiċi.

Il-Ħamis

Ir-Rapport ta' Francesco Enrico Speroni dwar talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tas-Sur Tamás Deutsch (A7-0015/2011) se jiddaħħal direttament fil-lista għall-votazzjoni.

L-emendi proposti ġew approvati.

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Tkellem Ioan Mircea Paşcu dwar l-organizzazzjoni tal-ħidma.


13. Ir-rikonoxximent mill-UE tal-ġenoċidju tar-Roma matul it-Tieni Gwerra Dinjija

Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament: Ir-rikonoxximent mill-UE tal-ġenoċidju tar-Roma matul it-Tieni Gwerra Dinjija

Il-President għamel id-dikjarazzjoni.

Tkellmu: Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Lívia Járóka f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Catherine Grèze f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marek Henryk Migalski f'isem il-Grupp ECR, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD.

Dan il-punt ingħalaq.


14. Preparazzjoni għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (4 ta' Frar 2011) (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Preparazzjoni għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (4 ta' Frar 2011)

Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu: Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, Lena Ek f'isem il-Grupp ALDE, Krisztina Morvai, biex tagħmel mistoqsija “karta blu” lil Martin Schulz, li wieġeb, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, Francisco Sosa Wagner Membru mhux affiljat, u Herbert Reul.

PRESIDENZA: Libor ROUČEK
Viċi President

Tkellmu: Rebecca Harms, biex tagħmel mistoqsija “karta blu” lil Herbert Reul, li wieġeb, Marita Ulvskog, Fiona Hall, Claude Turmes, Konrad Szymański, Vladimír Remek, Mario Borghezio, Csanád Szegedi, Jean-Pierre Audy, Teresa Riera Madurell, Adina-Ioana Vălean, Ilda Figueiredo, Jacek Saryusz-Wolski u Jo Leinen.

PRESIDENZA: Jerzy BUZEK
President

Tkellmu: Georgios Toussas, Paulo Rangel, Kathleen Van Brempt, Marian-Jean Marinescu, Edite Estrela, Lambert van Nistelrooij, Silvia-Adriana Ţicău, Romana Jordan Cizelj, Tunne Kelam, Gunnar Hökmark, Othmar Karas u Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Arturs Krišjānis Kariņš, Csaba Sándor Tabajdi, Andrew Henry William Brons, András Gyürk u Zigmantas Balčytis.

Tkellmu: Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) u Enikő Győri.

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b'mod partikolari fit-Tuneżija u fl-Eġittu (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b'mod partikolari fit-Tuneżija u fl-Eġittu

Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Stavros LAMBRINIDIS
Viċi President

Tkellmu: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, Adrian Severin f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Niki Tzavela, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Marc Tarabella, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fiorello Provera f'isem il-Grupp EFD, Nicole Sinclaire, Ioannis Kasoulides, Véronique De Keyser, Edward McMillan-Scott, Franziska Katharina Brantner, Mirosław Piotrowski, Willy Meyer, Bastiaan Belder, Philip Claeys, Hans-Gert Pöttering, Hannes Swoboda, Metin Kazak, Heidi Hautala, Ivo Strejček, Takis Hadjigeorgiou, Lorenzo Fontana, Barry Madlener li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Nirj Deva, Mario Mauro u Pier Antonio Panzeri.

PRESIDENZA: Diana WALLIS
Viċi President

Tkellmu: Marielle De Sarnez, Derk Jan Eppink, Gerard Batten, Andrew Henry William Brons, Mário David, Saïd El Khadraoui, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Geoffrey Van Orden, Vito Bonsignore, Carmen Romero López, Marietje Schaake, Tomasz Piotr Poręba, Cristian Dan Preda, Kader Arif, Alexander Graf Lambsdorff, Sajjad Karim, Simon Busuttil, Rosario Crocetta, Zbigniew Ziobro, Francisco José Millán Mon, Vasilica Viorica Dăncilă, Michael Gahler, Richard Howitt, Bogusław Sonik, Nicole Sinclaire, biex tagħmel mistoqsija "karta blu" lil Richard Howitt, li wieġeb, Dominique Vlasto, Alf Svensson, Anna Záborská, Ernst Strasser u Marco Scurria.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Ioan Mircea Paşcu, Ivo Vajgl, Malika Benarab-Attou, Marisa Matias, Jaroslav Paška u Andreas Mölzer.

Tkellmet Catherine Ashton.

It-Tuneżija:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni biex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Hélène Flautre, Franziska Katharina Brantner, Nicole Kiil-Nielsen, Barbara Lochbihler, Catherine Grèze, Frieda Brepoels u Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija (B7-0078/2011);

- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Cristian Dan Preda, Tokia Saïfi, Ernst Strasser u Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni fil-Magreb, speċjalment fit-Tuneżija (B7-0079/2011);

- Marie-Christine Vergiat, Jacky Hénin, Patrick Le Hyaric, Willy Meyer, Ilda Figueiredo, Rui Tavares, Gabriele Zimmer, Eva-Britt Svensson u Elie Hoarau f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija (B7-0080/2011);

- Adrian Severin, Véronique De Keyser, Pier Antonio Panzeri, Raimon Obiols, Carmen Romero López, Vincent Peillon u Richard Howitt f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija (B7-0081/2011);

- Metin Kazak, Marielle De Sarnez, Marietje Schaake, Niccolò Rinaldi, Kristiina Ojuland u Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija (B7-0087/2011);

- Charles Tannock, Tomasz Piotr Poręba u Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, dwar il-sitwazzjoni fit-Tuneżija (B7-0088/2011).

L-Eġittu:

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar it-Tuneżija: Punt 8.10 tal-Minuti ta' 3.2.2011.

Votazzjoni dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar l-Eġittu: fis-sessjoni li jmiss.


16. Referendum dwar l-istatus futur tas-Sudan t'Isfel (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Referendum dwar l-istatus futur tas-Sudan t'Isfel

Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Tkellmu: Mariya Nedelcheva f'isem il-Grupp PPE, u Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Tkellmu: Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Martin Ehrenhauser Membru mhux affiljat, Filip Kaczmarek, Corina Creţu, Marielle De Sarnez, Oriol Junqueras Vies, Peter van Dalen, Gay Mitchell, Guido Milana, Niccolò Rinaldi, Frank Engel u Jarosław Leszek Wałęsa.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Anna Záborská, María Muñiz De Urquiza, Izaskun Bilbao Barandica, Charalampos Angourakis, Franz Obermayr u Seán Kelly.

Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.


17. Il-ħatra fil-karigi eżekuttivi għolja tal-ASE (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-ħatra fil-karigi eżekuttivi għolja tal-ASE

Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

PRESIDENZA: Dagmar ROTH-BEHRENDT
Viċi President

Tkellmu: Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, u Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD.

Tkellmu: Michel Barnier u Enikő Győri.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa abbażi tal-Artikolu 120, fi tmiem id-dibattitu:

- Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (B7-0091/2011);

- Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (B7-0092/2011);

- Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (B7-0093/2011).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.13 tal- Minuti ta' 3.2.2011, punt 8.14 tal- Minuti ta' 3.2.2011 u punt 8.15 tal- Minuti ta' 3.2.2011.


18. Ftehimiet dwar il-kummerċ tal-banana *** - Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana ***I - Ftehimiet dwar il-kummerċ tal-banana (dibattitu)

Rakkomandazzjoni dwar l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta' Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika [07782/2010 - C7-0148/2010- 2010/0057(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0002/2011)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana [COM(2010)0096 - C7-0074/2010- 2010/0056(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0003/2011)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0012/2011) mressqa minn Vital Moreira u Francesca Balzani, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (B7-0007/2011)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0013/2011) mressqa minn Vital Moreira u Francesca Balzani, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (B7-0008/2011)

Francesca Balzani ippreżentat ir-rakkomandazzjoni, ir-rapport u għamlet il-mistoqsijiet bi tweġiba orali.

Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u Dacian Cioloş (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu għall-mistoqsijiet orali.

Tkellmu: Charles Goerens (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Laima Liucija Andrikienė f'isem il-Grupp PPE, Kriton Arsenis f'isem il-Grupp S&D, Catherine Grèze f'isem il-Grupp Verts/ALE, Elie Hoarau f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Campbell Bannerman f'isem il-Grupp EFD, Laurence J.A.J. Stassen Membru mhux affiljata, Gabriel Mato Adrover, Catherine Stihler, Giovanni La Via, Elisabeth Köstinger u Seán Kelly.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Nuno Teixeira u João Ferreira.

Tkellmu: Dacian Cioloş, Enikő Győri u Francesca Balzani.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.

- Francesca Balzani u Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta' Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti (B7-0074/2011/rev1).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.5 tal- Minuti ta' 3.2.2011, punt 8.6 tal- Minuti ta' 3.2.2011 u punt 8.7 tal- Minuti ta' 3.2.2011.


19. Inizjattiva dwar it-Tilqima kontra t-Tuberkulożi (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-0203/2010) mressqa minn Louis Michel, Charles Goerens, Antonyia Parvanova, Frédérique Ries u Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, Maria Da Graça Carvalho, Nessa Childers, Marc Tarabella, Bart Staes u Marina Yannakoudakis, lill-Kummissjoni: Tuberculosis Vaccine Initiative (TBVI) - implimentazzjoni prattika tal-istrateġija Ewropa 2020 bil-għan li jintlaħaq l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju nru 6 sal-2015 (B7-0006/2011)

Charles Goerens għamel il-mistoqsija bi tweġiba orali.

Dacian Cioloş (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali

Tkellmu: Maria Da Graça Carvalho f'isem il-Grupp PPE, Michael Cashman f'isem il-Grupp S&D, Angelika Werthmann Membru mhux affiljata, Filip Kaczmarek, Ricardo Cortés Lastra u Anna Záborská.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Seán Kelly, João Ferreira u Csanád Szegedi.

Tkellem Dacian Cioloş.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Louis Michel, Charles Goerens, Antonyia Parvanova, Frédérique Ries u Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, dwar it-'Tuberculosis Vaccine Initiative' (TBVI), applikazzjoni konkreta tal-Istrateġija Ewropa 2020 bl-għan li jintlaħaq l-MDG 6 u li t-tuberkulożi tinqered sal-2050 (B7-0075/2011);

- Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar it-"Tuberculosis Vaccine Initiative (TBVI) – l-implimentazzjoni prattika tal-Istrateġija Ewropa 2020 bil-għan li jintlaħaq l-Għan ta' Żvilupp tal-Millennju Nru 6 sal-2015” (B7-0076/2011);

- Gabriele Zimmer, Marisa Matias, João Ferreira u Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-ġlieda kontra t-tuberkulożi bil-għan li jintlaħaq l-Għan ta’ Żvilupp għall-Millennju Nru 6 (B7-0086/2011);

- Véronique De Keyser, Thijs Berman, Michael Cashman u Ricardo Cortés Lastra f'isem il-Grupp S&D, dwar l-inizjattiva TBVI ("Tuberculosis Vaccine Initiative"), applikazzjoni konkreta tal-Istrateġija Ewropa 2020 bl-għan li jintlaħaq s-6 Għan ta' Żvilupp tal-Millenju u li tinqered it-tuberkulożi tinqered sal-2050 (B7-0089/2011).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.11 tal- Minuti ta' 3.2.2011.


20. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:

Theodoros Skylakakis, Vasilica Viorica Dăncilă, Metin Kazak, Michail Tremopoulos, Zbigniew Ziobro, Ilda Figueiredo, Marian-Jean Marinescu, Rovana Plumb, Marian Harkin, Diane Dodds, Csaba Sógor, Catherine Stihler, Csanád Szegedi, Seán Kelly, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Cătălin Sorin Ivan, Alexander Mirsky, Ioan Enciu, Corina Creţu u Ricardo Cortés Lastra.


21. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 457.398/OJJE).


22. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.20.

Klaus Welle

Edward McMillan-Scott

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Abad, Áder, Alfano, Alfonsi, Allam, Alves, Andreasen, Andrés Barea, Andrikienė, Angelilli, Angourakis, Antinoro, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arif, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, Bach, Badia i Cutchet, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Baudis, Bauer, Belder, Belet, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Berès, Berlato, Besset, Bielan, Bilbao Barandica, Bisky, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Bloom, Bodu, Böge, Bonsignore, Borghezio, Borsellino, Borys, Boştinaru, Boulland, Bové, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Brepoels, Březina, Brons, Brzobohatá, Bullmann, Buşoi, Busuttil, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, Campbell Bannerman, Cancian, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Casa, Cashman, Casini, Caspary, Cavada, Cercas, Chatzimarkakis, Chichester, Chountis, Christensen, Claeys, Clark, Coelho, Cofferati, Colman, Comi, Cornelissen, Correia De Campos, Cortés Lastra, Silvia Costa, Cozzolino, Cramer, Creţu, Creutzmann, Crocetta, Crowley, Cutaş, Frédéric Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Daul, David, Davies, De Angelis, de Brún, De Castro, Dehaene, De Keyser, Delvaux, de Magistris, De Sarnez, Deß, Deutsch, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Duff, Ehrenhauser, Eickhout, Ek, El Khadraoui, Elles, Enciu, Engel, Eppink, Ernst, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajon, Falbr, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, João Ferreira, Fidanza, Figueiredo, Flašíková Beňová, Flautre, Fleckenstein, Fontana, Ford, Foster, Fox, Fraga Estévez, Franco, Gahler, Gál, Gallagher, Gáll-Pelcz, García Pérez, Gardiazábal Rubial, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Godmanis, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, Göncz, Goulard, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grelier, Grèze, Griesbeck, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Häfner, Haglund, Hall, Händel, Handzlik, Hannan, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Hautala, Hedh, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Jim Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hoarau, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Howitt, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Ilchev, Imbrasas, Iotova, Iovine, Irigoyen Pérez, Itälä, Iturgaiz Angulo, Ivan, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Járóka, Jazłowiecka, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, de Jong, Jordan Cizelj, Jørgensen, Junqueras Vies, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Tunne Kelam, Keller, Alan Kelly, Seán Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Béla Kovács, Kovatchev, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure, Lambert, Lambrinidis, Landsbergis, Lange, Langen, La Via, Le Brun, Lechner, Le Grip, Lehne, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lepage, Jean-Marie Le Pen, Marine Le Pen, Liberadzki, Lichtenberger, Liese, Liotard, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, Lösing, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lynne, McAvan, McCarthy, McGuinness, Macovei, Madlener, Manders, Mănescu, Maňka, Mann, Manner, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Maštálka, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mazzoni, Meissner, Mélenchon, Melo, Méndez de Vigo, Merkies, Mészáros, Meyer, Louis Michel, Migalski, Mikolášik, Milana, Millán Mon, Mitchell, Mölzer, Moraes, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Morvai, Motti, Mulder, Muñiz De Urquiza, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Niculescu, Niebler, van Nistelrooij, Nitras, Nuttall, Obermayr, Obiols, Olbrycht, Olejniczak, Oomen-Ruijten, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Paleckis, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Paşcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Paulsen, Peillon, Perello Rodriguez, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pittella, Plumb, Poc, Podimata, Ponga, Poręba, Portas, Pöttering, Poupakis, Preda, Provera, Rangel, Ranner, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Ries, Riquet, Rivellini, Rochefort, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salatto, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sargentini, Sartori, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaldemose, Schlyter, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Schwab, Scicluna, Scurria, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Severin, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sinclaire, Sippel, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Soullie, Speroni, Staes, Stassen, Stavrakakis, Steinruck, Sterckx, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Strasser, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Alf Svensson, Eva-Britt Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Szegedi, Szymański, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Taylor, Teixeira, Thaler, Thein, Theocharous, Thomsen, Thun und Hohenstein, Ţicău, Tirolien, Tomaševski, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Tremopoulos, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Van Orden, Vattimo, Vaughan, Vergiat, Vergnaud, Verheyen, Vidal-Quadras, de Villiers, Vlasto, Voss, Jarosław Leszek Wałęsa, Wallis, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weiler, Werthmann, Westlund, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Włosowicz, Wortmann-Kool, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zasada, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Ziobro, Zver, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza