Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0059(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A7-0005/2011

Dibattiti :

PV 03/02/2011 - 4
CRE 03/02/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 03/02/2011 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0033

Minuti
Il-Ħamis, 3 ta' Frar 2011 - Brussell

4. Strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ***II - Strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006) ***II - Strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006) ***II - Stabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006) ***II (dibattitu)
CRE

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb ta’ adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp [16447/1/2010 - C7-0424/2010- 2010/0059(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Charles Goerens (A7-0009/2011)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja [16446/1/2010 - C7-0427/2010- 2009/0060B(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Korapporteurs: Barbara Lochbihler u Kinga Gál (A7-0014/2011)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-iżvilupp [16442/1/2010 - C7-0426/2010- 2009/0060A(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Gay Mitchell (A7-0006/2011)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli [16440/1/2010 - C7-0425/2010- 2009/0059(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A7-0005/2011)

Charles Goerens, Barbara Lochbihler, Kinga Gál u Helmut Scholz ippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għat-tieni qari.

Tkellem Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Maurice Ponga f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Patrice Tirolien f'isem il-Grupp S&D, Nirj Deva f'isem il-Grupp ECR, William (The Earl of) Dartmouth f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Jörg Leichtfried, Franziska Katharina Brantner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Elmar Brok, Ana Gomes, Marek Henryk Migalski, Rui Tavares, Dimitar Stoyanov, Barbara Matera, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Marek Henryk Migalski, Richard Howitt, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Nirj Deva, Andreas Mölzer, Thijs Berman, Nick Griffin, George Sabin Cutaş u Jörg Leichtfried.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu u Ivo Vajgl.

Tkellmu: Karel De Gucht, Charles Goerens, Barbara Lochbihler, Kinga Gál, Gay Mitchell, dan tal-aħħar biex jippreżenta r-rakkomandazzjoni tiegħu għat-tieni qari u biex iwieġeb għal mistoqsija “karta blu” ta' Nirj Deva, u Helmut Scholz.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.2 tal- Minuti ta' 3.2.2011, punt 8.3 tal- Minuti ta' 3.2.2011, punt 8.4 tal- Minuti ta' 3.2.2011 u punt 8.5 tal- Minuti ta' 3.2.2011.

Avviż legali - Politika tal-privatezza