Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Frar 2011 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar II 2011 (PE 457.601/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Il-Gruppi Verts/ALE u ALDE talbu li fl-aġenda tiddaħħal id-dikjarazzjoni ta' Catherine Ashton, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà, dwar l-istat tad-dritt fir-Russja.

Tkellmu: Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ressqet it-talba, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li appoġġjaha, u Adrian Severin f'isem il-Grupp S&D, li opponiha.

Tkellem Joseph Daul.

Il-Parlament approva t-talba permezz tal-VE (170 favur, 132 kontra, 25 astensjonijiet).

Id-dikjarazzjoni ddaħħlet bħala t-tielet punt fuq l-aġenda tat-Tlieta filgħodu.

Dawn l-iskadenzi ġew stabiliti::

- Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 15 ta' Frar 2011, 10:00

- emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 16 ta' Frar 2011, 10:00

- emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 16 ta' Frar 2011, 11:00

Il-votazzjoni se ssir il-Ħamis 17 ta' Frar 2011.

°
° ° °

Il-Grupp PPE talab li fl-aġenda tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni f'Lampedusa.

Tkellmu: Mario Mauro f'isem il-Grupp PPE, li ressaq it-talba, Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, li appoġġjaha u għamel preċiżjoni dwar it-titolu tad-dibattitu.

Il-Parlament approva t-talba.

Tkellem Rui Tavares.

Tkellem Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, li talab li d-dibattitu ikollu t-titolu "Miżuri immedjati tal-UE b'appoġġ għall-Italja u Stati Membri oħrajn tal-UE affettwati bil-flussi migratorji straordinarji".

Il-Parlament approva t-talba.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Il-Grupp EFD talab li fl-aġenda tiddaħħal il-mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar ir-rikors għall-mandat ta' arrest Ewropew fil-każ ta' Julian Assange.

Tkellmu: Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, li ressaq it-talba, Edit Herczog u Martin Schulz.

Il-Parlament ċaħad it-talba.

°
° ° °

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Avviż legali - Politika tal-privatezza