Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0081/2010 ppreżentata mill-Membri Fiona Hall, Inés Ayala Sender, Isabelle Durant, Dieter-Lebrecht Koch, Sabine Wils dwar ħabtiet tal-vetturi għall-merkanzija tqila sad-data 9 ta' Marzu 2011 ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta (P7_TA(2011)0102) waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (ara l-Anness 2).
° ° ° °
Tkellem Mike Nattrass dwar is-sigurtà fil-Parlament fi Brussell u Strasburgu (il-President irrisponda li qed issir inkjesta).
° ° ° °
Tkellem Marc Tarabella biex jirringrazzja lill-firmatarji tad-dikjarazzjoni bil-miktub 0084/2010.