Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 23 ta' Marzu 2011 - Brussell

7. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President avża lill-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 211(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, li ġie mistoqsi dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

''L-Artikolu 90(6) jistabbilixxi proċedura speċifika għad-deċiżjoni tal-Parlament dwar l-eżerċitar tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja, bis-saħħa tal-Artikolu 218(11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tintalab opinjoni dwar il-kompatibilità ta' ftehim internazzjonali mat-Trattati. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi 'lex specialis' li għandha prevalenza fuq ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 128.

Meta jkollhom jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-Parlament fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-att ikkonċernat ma jkunx kopert mill-Artikolu 128, il-proċedura tipprevedi li dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija.''

Jekk ma ssirx oġġezzjoni dwar din l-interpretazzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' erbgħin Membru tal-anqas (Artikolu 211(4) tar-Regoli ta' Proċedura) qabel il-ftuħ tas-seduta ta' għada, il-Ħamis 24 ta' Marzu 2011, titqies li ġiet adottata. Jekk dan ma jkunx il-każ, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza