Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 23 ta' Marzu 2011 - Brussell

10. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura)

- (O-000042/2011) imressqa minn Rui Tavares f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni (B7-0205/2011);

- (O-000045/2011 imressqa minn Nadja Hirsch, Sophia in 't Veld, Sonia Alfano u Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt tal-UE għar-risistemazzjoni tar-rifuġjati (B7-0206/2011);

- (O-000054/2011) imressqa minn Manfred Weber, Simon Busuttil u Georgios Papanikolaou f'isem il-Grupp PPE, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni (B7-0208/2011).

- (O-000058/2011) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburant, inkluż valur awtomatiku tal-UE għar-ramliet tal-qatran u shale taż-żejt (B7-0209/2011).

2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Oreste Rossi, dwar il-ħtieġa li jiġu garantiti l-indennizzi xierqa għall-vittmi tat-trasfużjonijiet ta' demm ikkontaminant (0011/2011);

- Cristiana Muscardini, Niccolò Rinaldi, Gianluca Susta u Pablo Zalba Bidegain, dwar it-tfassil ta' Karta tad-Drittijiet tat-Tfal li Jitwieldu Prematurament (0012/2011);

- Johannes Cornelis van Baalen, Tanja Fajon, Carl Haglund, Alexander Graf Lambsdorff u Krzysztof Lisek, dwar il-perikli li tirrapreżenta l-preżenza tat-Talibani fil-Pakistan (0013/2011);

- Konstantinos Poupakis, Richard Howitt, Ádám Kósa, Eva Lichtenberger u Cecilia Wikström, dwar sistema volontarja ta' tikkettar bil-Braille fuq il-pakketti tal-prodotti industrijali (0014/2011).

Avviż legali - Politika tal-privatezza