Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 23 ta' Marzu 2011 - Brussell

12. Ordni tal-ħidma

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu II (PE 461.046/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa 23 ta' Marzu 2011

1. Dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fil-Ġappun, inklużi l-allarmi rigward l-impjanti nukleari, żdied mal-aġenda. Dan is-suġġett jissostitwixxi d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-politika Ewropea tal-viċinat (punt 11 tal-PDOJ). Dawn id-dikjarazzjonijiet ġew posposti għas-sessjoni parzjali ta' April. Il-Ħamis issir votazzjoni dwar mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-Ġappun.

2. Id-dibattitu dwar ir-Rapport Francesca Balzani dwar it-tħejjija tal-baġit 2012 (A7-0058/2011) (punt 46 tal-PDOJ) ġie pospost għall-Ħamis wara d-Dibattitu konġunt dwar il-Ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru.

3. Id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali tal-Kumitat ENVI lill-Kummissjoni: Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburant, inkluż valur awtomatiku tal-UE għar-ramliet tal-qatran u shale taż-żejt (B7-0209/2011) se tiżdied mal-aġenda minflok id-dibattitu dwar ir-Rapport Francesca Balzani.

4. Ir-Rapport Giles Chichester dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (A7-0039/2011) (punt 27 tal-PDOJ) se jitressaq direttament għall-votazzjonijiet tal-Ħamis mingħajr dibattitu.

Il-Ħamis 24 ta' Marzu 2011

1. Id-dibattitu dwar ir-Rapport Brian Simpson dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu (A7-0329/2010) (punt 39 tal-PDOJ) ġie pospost għas-sessjoni ta' April.

2. Il-votazzjoni dwar ir-rapport Vital Moreira dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja (A7-0053/2011) (punt 35 tal-PDOJ) ġiet posposta għas-sessjoni parzjali ta' April.

3. Il-votazzjoni il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Mawritanja ġiet posposta għas-sessjoni parzjali aktar 'il quddiem.

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Avviż legali - Politika tal-privatezza