Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lil Maria Romana de Gasperi, bint Alcide de Gasperi, li ħadet postha fil-gallarija uffiċjali.
4. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President semma' d-dimostrazzjonijiet li qed iseħħu bħalissa fil-Baħrejn, is-Sirja u l-Jemen u r-ripressjoni li segwiet. Talab lill-awtoritajiet biex itemmu l-vjolenza u jġibu lil dawk responsabbli għar-ripressjoni quddiem il-ġustizzja.
Barra minn hekk, semma' l-Ġimgħa ta' Solidarjetà mal-Popli li qed jissieltu kontra r-Razziżmu u d-Diskriminazzjoni Razzjali.
° ° ° °
Ħabbar li Zoran Thaler ikkomunika r-riżenja tiegħu mill-Parlament, u li Ernst Strasser ikkomunika l-intenzjoni tiegħu li jirriżenja mill-Parlament. Il-Grupp S&D ikkomunika li Adrian Severin m'għadux membru tal-grupp. Reġa' ngħaqad mal-Membri mhux affiljati.
Il-President semma' l-akkużi li l-istampa indirizzat kontra t-tliet Membri u indika li l-Bureau ltaqa' b'urġenza biex jiddiskuti l-kwistjoni. Insista fuq id-determinazzjoni tiegħu li jipprattika politika ta' tolleranza żero lejn l-imġiba inkriminata. Il-President enfasizza r-responsabilità tal-Parlament u l-Membri tiegħu. Il-Parlament jinsab iddeterminat li jikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jistabbilixxi l-fatti.
Il-President semma', barra minn hekk, il-ħtieġa li jkun hemm kodiċi ta' kondotta aktar vinkolanti għal-lobbies li joperaw fl-UE.
Tkellmu Sonia Alfano, Bruno Gollnisch, Hans-Peter Martin, Joanna Senyszyn u Martin Schulz.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Fuq talba tal-Gruppi PPE u Verts/ALE, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:
Kumitat FEMM: Constance Le Grip
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja: Marije Cornelissen minflok Heide Rühle.
° ° ° °
Tkellem Nirj Deva dwar it-terremot li laqat lill-Ġappun (Il-President fakkru li l-kwistjoni ġiet trattata waqt il-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti, li kienet miftuħa għall-Membri kollha, li seħħet fis-16 ta' Marzu 2011.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Il-Grupp S&D ikkomunika lill-President tal-Parlament li, mid-data tal-lum, Adrian Severin m'għadux membru ta' dan il-grupp.
7. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
Il-President avża lill-Parlament, f'konformità mal-Artikolu 211(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, li ġie mistoqsi dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:
''L-Artikolu 90(6) jistabbilixxi proċedura speċifika għad-deċiżjoni tal-Parlament dwar l-eżerċitar tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja, bis-saħħa tal-Artikolu 218(11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tintalab opinjoni dwar il-kompatibilità ta' ftehim internazzjonali mat-Trattati. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi 'lex specialis' li għandha prevalenza fuq ir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 128.
Meta jkollhom jiġu eżerċitati d-drittijiet tal-Parlament fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-att ikkonċernat ma jkunx kopert mill-Artikolu 128, il-proċedura tipprevedi li dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija.''
Jekk ma ssirx oġġezzjoni dwar din l-interpretazzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' erbgħin Membru tal-anqas (Artikolu 211(4) tar-Regoli ta' Proċedura) qabel il-ftuħ tas-seduta ta' għada, il-Ħamis 24 ta' Marzu 2011, titqies li ġiet adottata. Jekk dan ma jkunx il-każ, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.
8. Kompożizzjoni tal-Parlament
Zoran Thaler ippreżenta r-riżenja tal-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-21 ta' Marzu 2011.
F'konformità mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota ta' dan u stabbilixxa li hemm post vakanti minn din id-data.
Catherine Soullie ppreżentat ir-riżenja tal-mandat tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-24 ta' Marzu 2011.
F'konformità mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota ta' dan u stabbilixxa li hemm post vakanti minn din id-data.
L-awtoritajiet kompetenti ta' Franza kkomunikaw li Brice Hortefeux ġie elett għall-Parlament Ewropew, bħala s-sostitut ta' Catherine Soullie, b'seħħ mill-24 ta' Marzu 2011.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Brice Hortefeux jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .
Tkellmu dwar l-elezzjoni ta' Brice Hortefeux: Daniel Cohn-Bendit, Jean-Pierre Audy, Joseph Daul u Sylvie Goulard.
9. Dokumenti mressqa
Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:
1) mill-kumitati parlamentari, rapporti
- Rapport dwar ir-rwol tan-nisa fl-agrikoltura u ż-żoni rurali (2010/2054(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Elisabeth Jeggle (A7-0016/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (COM(2010)0145 - C7-0107/2010 - 2010/0080(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: João Ferreira (A7-0017/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (COM(2010)0488 - C7-0282/2010 - 2010/0255(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Estelle Grelier (A7-0024/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju (COM(2008)0854 - C7-0062/2010 - 2008/0249(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jörg Leichtfried (A7-0028/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur (COM(2008)0614 - C6-0349/2008 - 2008/0196(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Andreas Schwab (A7-0038/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (COM(2010)0520 - C7-0297/2010 - 2010/0274(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Giles Chichester (A7-0039/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova (COM(2010)0649 - C7-0364/2010 - 2010/0318(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0041/2011)
- Abbozz ta’ rapport dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (2010/2233(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Dominique Baudis (A7-0042/2011)
- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (14876/2010 - C7-0366/2010 - 2007/0082(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dominique Riquet (A7-0044/2011)
- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (15380/2010 - C7-0386/2010 - 2009/0018(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A7-0045/2011)
- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (15381/2010 - C7-0385/2010 - 2010/0112(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Artur Zasada (A7-0046/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 (COM(2010)0142 - C7-0135/2010 - 2010/0140(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Helmut Scholz (A7-0051/2011)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja (COM(2010)0804 - C7-0019/2011 - 2010/0390(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0053/2011)
- Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2012 (2011/2042(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0058/2011)
- Rapport dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (00003/2011 - C7-0058/2011 - 2011/0802(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sharon Bowles (A7-0064/2011)
- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (06645/2010 - C7-0100/2010 - 2009/0156(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A7-0298/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistiċi Ewropej dwar it-turiżmu (COM(2010)0117 - C7-0085/2010 - 2010/0063(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Brian Simpson (A7-0329/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (COM(2010)0132 - C7-0092/2010 - 2010/0073(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jo Leinen (A7-0330/2010)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti linjigwida fil-qasam tal-krediti ta' esportazzjoni b’sussidju uffiċjali (COM(2006)0456 - C7-0050/2010 - 2006/0167(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Yannick Jadot (A7-0364/2010)
2) mill-Membri, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Karl-Heinz Florenz, Bernd Lange, Teresa Riera Madurell, Paul Rübig u Silvia-Adriana Ţicău. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-elementi terrestri rari (B7-0192/2011)
irreferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
AGRI, ENVI, INTA
10. Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)
Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri
1) mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura)
- (O-000042/2011) imressqa minn Rui Tavares f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni (B7-0205/2011);
- (O-000045/2011 imressqa minn Nadja Hirsch, Sophia in 't Veld, Sonia Alfano u Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt tal-UE għar-risistemazzjoni tar-rifuġjati (B7-0206/2011);
- (O-000054/2011) imressqa minn Manfred Weber, Simon Busuttil u Georgios Papanikolaou f'isem il-Grupp PPE, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni (B7-0208/2011).
- (O-000058/2011) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburant, inkluż valur awtomatiku tal-UE għar-ramliet tal-qatran u shale taż-żejt (B7-0209/2011).
2) dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Oreste Rossi, dwar il-ħtieġa li jiġu garantiti l-indennizzi xierqa għall-vittmi tat-trasfużjonijiet ta' demm ikkontaminant (0011/2011);
- Cristiana Muscardini, Niccolò Rinaldi, Gianluca Susta u Pablo Zalba Bidegain, dwar it-tfassil ta' Karta tad-Drittijiet tat-Tfal li Jitwieldu Prematurament (0012/2011);
- Johannes Cornelis van Baalen, Tanja Fajon, Carl Haglund, Alexander Graf Lambsdorff u Krzysztof Lisek, dwar il-perikli li tirrapreżenta l-preżenza tat-Talibani fil-Pakistan (0013/2011);
- Konstantinos Poupakis, Richard Howitt, Ádám Kósa, Eva Lichtenberger u Cecilia Wikström, dwar sistema volontarja ta' tikkettar bil-Braille fuq il-pakketti tal-prodotti industrijali (0014/2011).
11. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 01/2011 (N7-0036/2011 - C7-0046/2011 - 2011/2039(GBD)).
Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 02/2011 (N7-0037/2011 - C7-0047/2011 - 2011/2040(GBD)).
12. Ordni tal-ħidma
Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.
L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu II (PE 461.046/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa 23 ta' Marzu 2011
1. Dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni fil-Ġappun, inklużi l-allarmi rigward l-impjanti nukleari, żdied mal-aġenda. Dan is-suġġett jissostitwixxi d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-politika Ewropea tal-viċinat (punt 11 tal-PDOJ). Dawn id-dikjarazzjonijiet ġew posposti għas-sessjoni parzjali ta' April. Il-Ħamis issir votazzjoni dwar mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-Ġappun.
2. Id-dibattitu dwar ir-Rapport Francesca Balzani dwar it-tħejjija tal-baġit 2012 (A7-0058/2011) (punt 46 tal-PDOJ)ġie pospost għall-Ħamis wara d-Dibattitu konġunt dwar il-Ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru.
3. Id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali tal-Kumitat ENVI lill-Kummissjoni: Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburant, inkluż valur awtomatiku tal-UE għar-ramliet tal-qatran u shale taż-żejt (B7-0209/2011) se tiżdied mal-aġenda minflok id-dibattitu dwar ir-Rapport Francesca Balzani.
4. Ir-Rapport Giles Chichester dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (A7-0039/2011) (punt 27 tal-PDOJ) se jitressaq direttament għall-votazzjonijiet tal-Ħamis mingħajr dibattitu.
Il-Ħamis 24 ta' Marzu 2011
1. Id-dibattitu dwar ir-Rapport Brian Simpson dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu (A7-0329/2010) (punt 39 tal-PDOJ) ġie pospost għas-sessjoni ta' April.
2. Il-votazzjoni dwar ir-rapport Vital Moreira dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja (A7-0053/2011) (punt 35 tal-PDOJ)ġiet posposta għas-sessjoni parzjali ta' April.
3. Il-votazzjoni il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Mawritanja ġiet posposta għas-sessjoni parzjali aktar 'il quddiem.
Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.
13. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
13.1. Emenda tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro * (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro [00033/2010 - C7-0014/2011- 2010/0821(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Korapporteurs: Elmar Brok u Roberto Gualtieri (A7-0052/2011)
Elmar Brok (rapporteur) u Roberto Gualtieri (rapporteur) qabel il-votazzjoni.
14. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
15. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment sa tal-anqas ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
Santiago Fisas Ayxela għarraf li għal raġunijiet tekniċi ma setax jivvota dwar il-paragrafu 12.
16. Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (24-25 ta' Marzu 2011) (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (24-25 ta' Marzu 2011)
Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, u Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nikolaos Salavrakos f'isem il-Grupp EFD, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Kristian Vigenin, Alexander Graf Lambsdorff, Konrad Szymański, Miguel Portas, Bastiaan Belder, Barry Madlener, Mario Mauro u Edite Estrela.
PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
Tkellmu Marielle De Sarnez, Peter van Dalen, Ilda Figueiredo, Jaroslav Paška, Jacek Saryusz-Wolski, Liem Hoang Ngoc, Anneli Jäätteenmäki, Derk Jan Eppink, Nikolaos Chountis, Hans-Gert Pöttering, Pier Antonio Panzeri, Olle Schmidt, Georgios Toussas, Paulo Rangel, li wieġeb ukoll għall-mistoqsijiet “karta blu” ta' Edite Estrela u Liisa Jaakonsaari, Simon Busuttil, Tunne Kelam, Wim van de Camp, Seán Kelly, Krzysztof Lisek, Michael Gahler u Cristian Dan Preda.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ildikó Gáll-Pelcz, Csaba Sándor Tabajdi, Pat the Cope Gallagher, Andrew Henry William Brons, Petru Constantin Luhan, Zigmantas Balčytis, Monika Flašíková Beňová u Liisa Jaakonsaari.
Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Marita Ulvskog f'isem il-Grupp S&D, Lena Ek f'isem il-Grupp ALDE, Giles Chichester f'isem il-Grupp ECR, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bairbre de Brún f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fiorello Provera f'isem il-Grupp EFD, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Sandra Kalniete, Nessa Childers, Johannes Cornelis van Baalen, Mirosław Piotrowski, Claude Turmes, Sabine Wils, Mario Mauro, Daciana Octavia Sârbu, Charles Goerens u Bas Eickhout.
PRESIDENZA: Libor ROUČEK Viċi President
Tkellmu Lena Kolarska-Bobińska, Zigmantas Balčytis, Chris Davies, Romana Jordan Cizelj, Ildikó Gáll-Pelcz u Edit Herczog.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Paul Rübig, David Martin, Fiona Hall, João Ferreira, Oreste Rossi, Angelika Werthmann u Alajos Mészáros.
Tkellmu Günther Oettinger u Enikő Győri.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR, Rebecca Harms u Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Francesco Enrico Speroni, Fiorello Provera u Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, dwar is-sitwazzjoni fil-Ġappun, b’mod partikolari l-istat ta’ allarm fl-impjanti nukleari (B7-0224/2011).
18. It-twaqqif ta' programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000042/2011) imressqa minn Rui Tavares f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni (B7-0205/2011)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000045/2011) imressqa minn Nadja Hirsch, Sophia in 't Veld, Sonia Alfano u Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt tal-UE għar-risistemazzjoni tar-rifuġjati (B7-0206/2011)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000054/2011) imressqa minn Manfred WeberManfred Weber, Simon Busuttil u Georgios Papanikolaou f'isem il-Grupp PPE, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni (B7-0208/2011)
Rui Tavares, Nadja Hirsch u Georgios Papanikolaou għamlu l-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Tkellmu Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-Grupp PPE, u Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Tkellmu Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Franziska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Csanád Szegedi Membru mhux affiljat, Carlos Coelho, Sylvie Guillaume, Anna Rosbach, Carmen Romero López u Monika Flašíková Beňová.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ilda Figueiredo, Kinga Gál u Franz Obermayr.
Tkellmu Enikő Győri u Rui Tavares.
Id-dibattitu ngħalaq.
19. Taħrikiet maħruġa mill-Istati Uniti u regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Taħrikiet maħruġa mill-Istati Uniti u regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta
Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu Axel Voss f'isem il-Grupp PPE, Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Daniël van der Stoep Membru mhux affiljat, Juan Fernando López Aguilar u Andreas Mölzer.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Malcolm Harbour.
Tkellmet Viviane Reding.
PRESIDENZA: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellem Enikő Győri.
Id-dibattitu ngħalaq.
20. Drittijiet tal-konsumatur ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur [COM(2008)0614 - C6-0349/2008- 2008/0196(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Andreas Schwab (A7-0038/2011)
Andreas Schwab ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmu Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Diana Wallis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Sirpa Pietikäinen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Raffaele Baldassarre f'isem il-Grupp PPE, Evelyne Gebhardt f'isem il-Grupp S&D, Robert Rochefort f'isem il-Grupp ALDE, Adam Bielan f'isem il-Grupp ECR, Emilie Turunen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, Oreste Rossi f'isem il-Grupp EFD, Franz Obermayr, Anna Maria Corazza Bildt, Antonio Masip Hidalgo, Malcolm Harbour, Małgorzata Handzlik, Bernadette Vergnaud, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Sylvana Rapti, Damien Abad, Olga Sehnalová, Regina Bastos, Antolín Sánchez Presedo u Alajos Mészáros.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly, María Irigoyen Pérez, Cristian Silviu Buşoi, Silvia-Adriana Ţicău, Zuzana Roithová, Vasilica Viorica Dăncilă u Ildikó Gáll-Pelcz.
Tkellmu Viviane Reding, Enikő Győri u Andreas Schwab.
21. L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil, inkluż il-valur predefinit tal-UE għar-ramel u x-shale bituminużi (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000058/2011) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburant, inkluż valur awtomatiku tal-UE għar-ramliet tal-qatran u shale taż-żejt (B7-0209/2011)
Linda McAvan għamlet il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Connie Hedegaard (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali
Tkellmu Horst Schnellhardt f'isem il-Grupp PPE, Kriton Arsenis f'isem il-Grupp S&D, Fiona Hall f'isem il-Grupp ALDE, Satu Hassi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bogusław Sonik u Peter Liese.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Gerben-Jan Gerbrandy, Silvia-Adriana Ţicău, Alajos Mészáros u Seán Kelly.
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 [COM(2010)0142 - C7-0135/2010- 2010/0140(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A7-0051/2011)
Helmut Scholz ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellmu Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Béla Glattfelder f'isem il-Grupp PPE, Vital Moreira f'isem il-Grupp S&D, u Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ilda Figueiredo u Oreste Rossi.
Tkellmu Karel De Gucht, Enikő Győri u Helmut Scholz.
23. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:
Rareş-Lucian Niculescu, Vasilica Viorica Dăncilă, Cristian Silviu Buşoi, Oriol Junqueras Vies, Ilda Figueiredo, Oreste Rossi, Csanád Szegedi, László Tőkés, Daciana Octavia Sârbu, Stanimir Ilchev, Jaroslav Paška, Slavi Binev, Seán Kelly, Sergio Gutiérrez Prieto, Kristiina Ojuland, Ádám Kósa, Csaba Sógor u Zbigniew Ziobro.
24. Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (preżentazzjoni qasira)
Abbozz ta’ rapport dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf [2010/2233(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Dominique Baudis (A7-0042/2011)
Dominique Baudis għamel il-preżentazzjoni.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jaroslav Paška, Csanád Szegedi u Elena Băsescu.
25. Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat kompetenti ressaq il-corrigendum li ġej ta' test approvat mill-Parlament Ewropew:
Corrigendum (P7_TA-PROV(2010)0478(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-15 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu P7_TA-PROV(2010)0478 - (COM(2010)0289 – C7-0143/2010 – 2010/0160(COD)) - ECON
Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tiegħu, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.
Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit Séance en direct.
26. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 461.046/OJJE).