3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-abamektina, l-aċetamiprid, iċ-ċiprodinil, id-difenokonażol, id-dimetomorf, il-fenessammid, il-prokwinażid, il-protijokonażol, il-piraklostrobina, l-ispirotetramat, it-tijakloprid, it-tijametossam u t-triflossistrobina f’ċerti prodotti jew fuqhom (D011240/04 - 2011/2639(RPS) - skadenza: 12/05/2011) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq oġġetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard (D011461/02 - 2011/2638(RPS) - skadenza: 11/06/2011) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO
- Abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni ../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-abamektina tiġi inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (D012208/03 - 2011/2631(RPS) - skadenza: 07/06/2011) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni ../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-imidakloprid bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (D012210/03 - 2011/2630(RPS) - skadenza: 07/06/2011) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni ../…/UE li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-4,5-dikloro-2-otil-2H-isotijażol-3-on bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (D012213/03 - 2011/2629(RPS) - skadenza: 07/06/2011) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' inklużjoni ta' ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (D012216/03 - 2011/2628(RPS) - skadenza: 07/06/2011) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, ħlief dawk li jirreferu għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u ta' riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (D012321/03 - 2011/2637(RPS) - skadenza: 11/06/2011) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf fir-rigward tal-preżenza ta' materjal ġenetikament modifikat li għalih hija pendenti (D012510/03 - 2011/2640(RPS) - skadenza: 15/06/2011) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej dwar ċerti riskji għat-tfal minħabba tendini interni, ilqugħ tat-twieqi bil-ħbula u tagħmir tas-sigurtà skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D012940/03 - 2011/2633(RPS) - skadenza: 09/06/2011) irreferut responsabbli: IMCO opinjoni: ENVI
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkoreġi d-Direttiva 2010/19/UE li temenda, għall-għanijiet ta' adattament għall-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tat-trażżin tal-isprej ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE, u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emenda tal-Annessi tad-Direttiva 2007/46/KE (D013006/01 - 2011/2617(RPS) - skadenza: 03/06/2011) irreferut responsabbli: IMCO opinjoni: TRAN