Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 4 ta' April 2011 - Strasburgu

13. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' April 2011 (PE 461.047/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba tal-Grupp EFD bil-ħsieb li titressaq il-votazzjoni għar-rapport ta' José Manuel Fernandes (A7-0087/2011) dwar "Estimi tad-dħul u tan-nefqa għall-2012 - Taqsima I - Il-Parlament" (punt 66 tal-Abbozz tal-Aġenda) għas-sessjoni ta' Mejju 2011;

Tkellmu Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, biex tagħmel il-mistoqsija, Francesco Enrico Speroni biex jappoġġjaha u Alain Lamassoure kontra din it-talba.

Il-Parlament ċaħad it-talba.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE bil-ħsieb li jiġi konkluż id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-"Akkwist pubbliku" (punt 129 tal-Abbozz tal-Aġenda) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Tkellmu Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, biex jagħmel il-mistoqsija, Evelyne Gebhardt biex tappoġġjah u biex tipproponi r-rapport tal-votazzjoni għas-sessjoni ta' Mejju, kif ukoll Francesco Enrico Speroni kontra r-rapport tal-votazzjoni.

Il-Parlament approva t-talba u r-rapport tal-votazzjoni.

L-Erbgħa u il-Ħamis

Talba tal-Grupp ALDE bil-ħsieb li jiddaħħal fl-aġenda tal-Erbgħa l-punt dwar is-sitwazzjoni f'Is-Sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, inizjalment previst għall-Ħamis (punt 122 tal-Abbozz tal-Aġenda), fil-forma ta' dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u biex jiddaħħal fl-aġenda tal-Ħamis taħt il-punt "dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt" dibattitu dwar il-każ ta' Ai WeiWei fiċ-Ċina.

Tkellmu Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li għamel il-mistoqsija u Hannes Swoboda biex jappoġġjah.

Il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

°
° ° °

Tkellmet Sophia in 't Veld dwar "l-attakki ċibernetiċi" kontra ċerti istituzzjonijiet Ewropej u, fosthom, il-Parlament, kif ukoll dwar il-miżuri ta' sigurtà li ttieħdu f'dan ir-rigward.

Avviż legali - Politika tal-privatezza