L-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda kienu avżaw bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Paul Murphy minflok Joe Higgins bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mill-1 ta' April 2011.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Paul Murphy jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħol fil-kariga fil-Parlament ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub li huwa ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .