Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni (B7-0210/2011).
Mistoqsija 11 (Georgios Papastamkos): L-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq.
Kristalina Georgieva (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Georgios Papastamkos u Zigmantas Balčytis.
Mistoqsija 12 (Zigmantas Balčytis): Disparitajiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri.
Maria Damanaki (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija kif ukoll il-mistoqsijiet supplementari ta' Zigmantas Balčytis, Nikolaos Chountis u Silvia-Adriana Ţicău.
Mistoqsija 13 (Marian Harkin): It-teknoloġiji ta' appoġġ.
Antonio Tajani (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Marian Harkin.
Janez Potočnik wieġeb il-mistoqsija kif ukoll mistoqsija supplementari ta' Nikolaos Chountis.
Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)
Il-ħin għall-mistoqsijiet riżervat għall-Kummissjoni ntemm.