3. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju li ġejjin:
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal kaptan, karbendażim, ċiromażin, etefon, fenamifos, tiofanat-metil, triasulfuron u tritikonażol f'ċerti prodotti jew fuqhom (D011242/03 - 2011/2648(RPS) - skadenza: 24/05/2011) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jistabbilixxi regoli ddettaljati għal liċenzji u ċerti ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D012887/02 - 2011/2662(RPS) - skadenza: 30/06/2011) irreferut responsabbli: TRAN
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista' jkollhom aċċess għad-dejta kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi (D013467/01 - 2011/2663(RPS) - skadenza: 01/07/2011) irreferut responsabbli: ITRE
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/.. li jistabbilixxi għall-2011 il-"Lista ta' Prodcom" ta' prodotti industrijali previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (D013499/01 - 2011/2649(RPS) - skadenza: 25/06/2011) irreferut responsabbli: ITRE