5. Corrigenda (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitati kompetenti bagħtu l-corrigenda li ġejjin għal testi adottati mill-Parlament Ewropew
- Corrigendum (P7_TA-PROV(2010)0431(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (tfassil mill-ġdid)P7_TA-PROV(2010)0431 - (COM(2008)0809 – C6-0471/2008 – 2008/0240(COD))-ENVI
- Corrigendum (P7_TA-PROV(2011)0056(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Frar 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda, d-Direttiva 2001/83/EC dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta' prodotti mediċinali falsifikati P7_TA-PROV(2011)0056 - (COM(2008)0668 – C6-0513/2008 – 2008/0261(COD))-ENVI
- Corrigendum (P6_TA(2009)0282(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' April 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati P6_TA(2009)0282 (COM(2008)0464–C6-0281/2008–2008/0157(COD))-JURI
- Corrigendum (P7_TA-PROV(2010)0393(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 P7_TA-PROV(2010)0393 -(COM(2009)0207–C7-0040/2009–2009/0064(COD))-ECON
Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn il-corrigendajitqiesu approvati sakemm fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.
Il-corrigenda huma disponibbli fuq is-sit Séance en direct.