Dawn id-dokumenti kienu preżentati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni:
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (COM(2011)0241 - C7-0116/2011 - 2011/0117(COD))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
DEVE
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 05/2011 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0047/2011 - C7-0117/2011 - 2011/2102(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 10/2011 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0048/2011 - C7-0118/2011 - 2011/2103(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (05371/2011 - C7-0119/2011 - 2010/0355(NLE))
irreferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
- Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru521/2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (COM(2011)0224 - C7-0120/2011 - 2011/0091(NLE))
irreferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklussiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (08202/2011 - C7-0121/2011 - 2010/0392(NLE))
irreferut
responsabbli :
PECH
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (09189/2011 - C7-0122/2011 - 2010/0180(NLE))
irreferut
responsabbli :
TRAN
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (09114/2011 - C7-0123/2011 - 2010/0296(NLE))
irreferut
responsabbli :
TRAN
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha u l-Ġeorġja (09185/2011 - C7-0124/2011 - 2010/0186(NLE))
irreferut
responsabbli :
TRAN
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ ta' prodotti agrikoli (16209/2010 - C7-0125/2011 - 2010/0313(NLE))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
AGRI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli (16198/2010 - C7-0126/2011 - 2010/0317(NLE))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
AGRI
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (COM(2011)0275 - C7-0127/2011 - 2011/0129(COD))
irreferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
FEMM, JURI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili (COM(2011)0276 - C7-0128/2011 - 2011/0130(COD))
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
FEMM, LIBE
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 18/2011 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0049/2011 - C7-0133/2011 - 2011/2105(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (10057/2011 - C7-0134/2011 - 2011/0804(NLE))
irreferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija (COM(2011)0288 - C7-0136/2011 – 2011/0135(COD))
F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
CULT, ITRE, IMCO
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għall-2011: Pożizzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2011 (10522/2011 - C7-0137/2011 - 2011/2065(BUD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (COM(2011)0285 - C7-0139/2011 - 2011/0137(COD))
irreferut
responsabbli :
IMCO
opinjoni :
JURI, INTA
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (COM(2011)0295 - C7-0140/2011 - 2011/0131(COD))
irreferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (09390/2011 - C7-0141/2011 - 2011/0021(NLE))
irreferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
TRAN
- Abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu (08663/2011 [[01]] - C7-0142/2011 - 2003/0132A(NLE))
irreferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
JURI
- Abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, rigward l-Artikoli 10 u 11 tiegħu (08663/2011 [[02]] - C7-0143/2011 - 2003/0132B(NLE))
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
TRAN
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (06603/2011 - C7-0144/2011 - 2011/0032(NLE))
irreferut
responsabbli :
INTA
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (COM(2011)0216 - C7-0145/2011 - 2011/0094(CNS))
irreferut
responsabbli :
JURI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji (COM(2011)0259 - C7-0146/2011 - 2011/0111(CNS))