Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 7 ta' Ġunju 2011 - Strasburgu

4. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

- Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe;

- Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV, paragrafu 6, u l-Artikolu XXVIII tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

Avviż legali - Politika tal-privatezza