Rapport dwar l-eżami ta' nofs il-perjodu tas-Seba' Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni [2011/2043(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jean-Pierre Audy (A7-0160/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 9)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Tkellem Paweł Robert Kowal, biex iressaq emenda orali fuq il-paragrafu 27.
Minħabba li aktar minn 40 Membru oġġezzjonaw għall-emenda orali, din ma ġietx inkorporata.
° ° ° °
Il-ħin tal-votazzjonijiet ġie interrott minħabba eżerċizzju ta' evakwazzjoni.