Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 22 ta' Ġunju 2011 - Brussell

17. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja kkomunikaw in-nomina ta' Heidi Hautala bħala membru tal-Gvern Finlandiż b'seħħ mit-22 ta' Ġunju 2011 u s-sostituzzjoni tagħha fil-Parlament Ewropew minn Tarja Cronberg b'effett mill-istess data.

Skont l-Artikolu 7, paragrafu 1 u l-Artikolu 13, paragrafi 1 u 2 tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, kif ukoll l-Artikolu 4, paragrafi 1 u 4, tar-Regolament, il-Parlament jieħu nota ta' dan u jikkonstata li tbattal is-siġġu ta' Heidi Hautala b'effett mit-22 ta' Ġunju 2011 kif ukoll li saret l-elezzjoni ta' Tarja Cronberg b'effett mill-istess data.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Tarja Cronberg tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tidħol fil-kariga fil-Parlament tkun għamlet dikjarazzjoni bil-miktub li hija ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .

Avviż legali - Politika tal-privatezza