Indiċi 
Minuti
PDF 202kWORD 158k
L-Erbgħa, 22 ta' Ġunju 2011 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
 3.Merħba
 4.Kompożizzjoni tal-kumitati
 5.Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
 6.Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti
 7.Dikjarazzjoni bil-miktub (depożitu)
 8.Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
 9.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 10.Dokumenti mressqa
 11.Ordni tal-ħidma
 12.Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (23-24 ta' Ġunju 2011) (dibattitu)
 13.Merħba
 14.Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (23-24 ta' Ġunju 2011) (tkomplija tad-dibattitu)
 15.Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali (dibattitu)
 16.Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ***I - L-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv * - Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri *.- Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I - Is-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ***I - Miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ***I (dibattitu)
 17.Kompożizzjoni tal-Parlament
 18.Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ***I - L-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv * - Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri *.- Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I - Is-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ***I - Miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ***I (tkomplija tad-dibattitu)
 19.Fjuwil użat u skart radjuattiv * (dibattitu)
 20.Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 21.It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra u r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (preżentazzjoni qasira)
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Gianni PITTELLA
Viċi President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.05.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.


3. Merħba

Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni komposta minn erba' membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament tas-Seychelles u minn żewġ funzjonarji għoljin ta' dan il-parlament, immexxija mill-president tiegħu, Waven William, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.


4. Kompożizzjoni tal-kumitati

Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-grupp ALDE:

Kumitat ITRE: Silvana Koch-Mehrin minflok Jorgo Chatzimarkakis

Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


5. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 211(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie interpellat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"Jekk viċi president wieħed għandu jkun sostitwit u ma jkunx hemm għajr kandidat wieħed, dan għandu jkun elett b'akklamazzjoni. Il-President jiddisponi minn poter diskrezzjonali li jiddeċidi jekk l-elezzjoni ssirx b'akklamazzjoni jew bil-vot sigriet. Il-kandidat elett jieħu, fl-ordni ta' preċedenza, il-post tal-viċi president li lilu jkun qiegħed jissostitwixxi."

Jekk ma ssirx oġġezzjoni għal din l-interpretazzjoni minn xi grupp politiku jew minn mill-inqas 40 Membru tal-Parlament (l-Artikolu 211(4), tar-Regoli ta' Proċedura), qabel l-adozzjoni tal-Minuti ta' din is-sessjoni, se titqies bħala adottata. F'każ kuntrarju, se titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament. (P7_TA(2011)0298).


6. Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti

Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nru 0008/2011 u 0009/2011 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru meħtieġ ta' firem, skont l-Artikolu 123(5) tar-Regoli ta' Proċedura.


7. Dikjarazzjoni bil-miktub (depożitu)

Il-Membri li ġejjin bagħtu dikjarazzjoni bil-miktub għar-reġistrazzjoni (Artikolu 123 tar-Regolament):

- Britta Thomsen, Edit Bauer, Eva-Britt Svensson, Marc Tarabella u Marina Yannakoudakis, dwar l-għelubija eċċessiva fost il-mudelli (0033/2011).


8. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 05/2011 (N7-0047/2011 - C7-0117/2011 - 2011/2102(GBD)).

Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 10/2011 (N7-0048/2011 - C7-0118/2011 - 2011/2103(GBD)).

Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 18/2011 (N7-0049/2011 - C7-0133/2011 - 2011/2105(GBD)).

Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 19/2011 (N7-0050/2011 - C7-0149/2011 - 2011/2110(GBD)).


9. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Jannar 2011 hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.


10. Dokumenti mressqa

Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:

1) mill-kumitati parlamentari, dawn ir-rapporti

- Rapport dwar il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali (2011/2051(INI)) – Kumitat AGRI - Rapporteur: Albert Deß (A7-0202/2011)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv (COM(2010)0618 - C7-0387/2010 - 2010/0306(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteure: Romana Jordan Cizelj (A7-0214/2011)

- Rapport dwar l-analiżi tal-alternattivi biex isir progress lil hinn mit-tnaqqis ta' 20% tal-emissjonijiet b'effett serra u l-valutazzjoni tar-riskju ta' rilokazzjoni ta' emissjonijiet tal-karbonju (2011/2012(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Bas Eickhout (A7-0219/2011)

2) mill-Membri mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Małgorzata Handzlik, Jolanta Emilia Hibner, Danuta Jazłowiecka, Lidia Joanna Geringer De Oedenberg, Sophie Auconie, Marielle Gallo, Françoise Grossetête u Elisabeth Morin-Chartier. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar iċ-ċelebrazzjoni taċ-ċentenarju tal-għoti tal-Premju Nobel lil Marie Skłodowska-Curie (B7-0343/2011)

irreferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

FEMM

- Cristiana Muscardini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija bl-użu ta' pannelli fotovoltajċi fuq il-bjut ta' binjiet industrijali (B7-0376/2011)

irreferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

ITRE


11. Ordni tal-ħidma

Tkellmu Ria Oomen-Ruijten f'isem il-Grupp PPE, biex titlob li titqiegħed fuq l-aġenda tas-sessjoni li jmiss dikjarazzjoni segwita minn dibattitu dwar is-sitwazzjoni fir-Russja, u Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, b'appoġġ għat-talba.

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ĠunjuII (PE 466.027/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-Ħamis

Bil-qbil tal-gruppi politiċi, il-votazzjoni fuq ir-rapport ta' Martin Kastler dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv (2012) (A7-0061/2011) qed jiġi pospost għall-perijodu ta' sessjoni ta' Lulju.

Ir-rapport ta' Salvatore Tatarella dwar it-Tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà (A7-0091/2011) qed jiddaħħal direttament għall-votazzjoni tal-Ħamis.

L-iskadenza għall-emendi ġiet stabbilita għall-Erbgħa 22 ta' Ġunju 2011 fl-16:00.

L-Erbgħa

It-talba tal-Grupp Verts/ALE li telenka d-dibattitu konġunt dwar il-governanza ekonomika (punti 77, 78, 79, 80, 81 et 82 du PDOJ) wara d-dibattitu dwar it-Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (23-24 ta' Ġunju 2011) (punt 47 tal- PDOJ).

Il-Parlament ċaħad it-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-grupp GUE/NGL li tkun posposta għal sessjoni parzjali oħra l-votazzjoni dwar ir-rapporti dwar il-governanza ekonomika (Rapport Elisa Ferreira - A7-0183/2011, Rapport Diogo Feio - A7-0179/2011, Rapport Vicky Ford - A7-0184/2011, Rapport Sylvie Goulard - A7-0180/2011, Rapport Corien Wortmann-Kool - A7-0178/2011, Rapport Carl Haglund - A7-0182/2011).

Tkellmu Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jimmotiva t-talba, Corien Wortmann-Kool f'isem il-Grupp PPE, kontra t-talba, u Ilda Figueiredo f'isem il-Grupp GUE/NGL, li appoġġjata.

Il-Parlament ċaħad it-talba.

°
° ° °

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.


12. Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (23-24 ta' Ġunju 2011) (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (23-24 ta' Ġunju 2011)

Enikő Győri (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, u Martin Schulz f'isem il-Grupp S&D.

(kontinwazzjoni tad-dibattitu: ara punt 14 tal- Minuti ta' 22.6.2011)


13. Merħba

Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lil delegazzjoni mill-Kamra tas-Senat Messikan, li ħadet postha fil-gallarija uffiċjali.


14. Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (23-24 ta' Ġunju 2011) (tkomplija tad-dibattitu)

(Għat-titlu tad-dibattitu ara punt 12 tal- Minuti ta' 22.6.2011)

Tkellmu Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll għal tliet mistoqsijiet “karta blu” ta' Joseph Daul, Georgios Koumoutsakos u Miloslav Ransdorf, u Jan Zahradil f'isem il-Grupp ECR.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Tkellmu Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lothar Bisky f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Niki Tzavela, u Barry Madlener Membru mhux affiljat.

Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).

Tkellmu Manfred Weber, Hannes Swoboda, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Miloslav Ransdorf, Alexander Graf Lambsdorff, Sven Giegold, dwar l-intervent ta' dan tal-aħħar, Niki Tzavela, Andrew Henry William Brons, Ildikó Gáll-Pelcz, Juan Fernando López Aguilar, Adina-Ioana Vălean, Mario Borghezio, Mario Mauro, Anni Podimata, Sarah Ludford, Fiorello Provera, Jean-Pierre Audy, Edite Estrela, Charles Goerens, Paulo Rangel, Gianni Pittella, Marian-Jean Marinescu u Tunne Kelam.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly, Csaba Sándor Tabajdi, Ilda Figueiredo, Franz Obermayr, Lena Kolarska-Bobińska, Bogusław Liberadzki u Simon Busuttil.

Tkellmu Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) u Enikő Győri (President fil-Kariga tal-Kunsill).

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali (dibattitu)

Rapport dwar il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali [2011/2051(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Albert Deß (A7-0202/2011)

Albert Deß ippreżenta r-rapport tiegħu.

Tkellem Dacian Cioloş (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu Kriton Arsenis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Karin Kadenbach (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Czesław Adam Siekierski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Michel Dantin f'isem il-Grupp PPE, Stéphane Le Foll f'isem il-Grupp S&D, George Lyon f'isem il-Grupp ALDE, James Nicholson f'isem il-Grupp ECR, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, Krisztina Morvai, dwar il-progress tad-dibattitu, Lorenzo Fontana f'isem il-Grupp EFD, Diane Dodds Membru mhux affiljata, u Giovanni La Via.

PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU
Viċi President

Tkellmu Luis Manuel Capoulas Santos, Marit Paulsen, Janusz Wojciechowski, José Bové, Alfreds Rubiks, John Stuart Agnew, Krisztina Morvai, Esther Herranz García, Paolo De Castro, Britta Reimers, Hynek Fajmon, Alyn Smith, Bairbre de Brún, Giancarlo Scottà, Georgios Papastamkos, Ulrike Rodust, Richard Ashworth, Elisabeth Köstinger, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Elisabeth Jeggle, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella u Daciana Octavia Sârbu.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jarosław Kalinowski, Mario Pirillo, João Ferreira, Andrew Henry William Brons, Maria do Céu Patrão Neves, Wojciech Michał Olejniczak, Marian-Jean Marinescu u Sergio Gutiérrez Prieto

PRESIDENZA: László TŐKÉS
Viċi President

Tkellem Marc Tarabella, biex jiddeplora l-assenza tal-Kunsill.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Oreste Rossi u Herbert Dorfmann.

Tkellmu Dacian Cioloş u Albert Deß.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 12.23 tal- Minuti ta' 23.6.2011.


16. Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ***I - L-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv * - Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri *.- Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I - Is-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ***I - Miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi [COM(2010)0527 - C7-0301/2010 - 2010/0281(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Elisa Ferreira (A7-0183/2011)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv [COM(2010)0522 - C7-0396/2010 - 2010/0276(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Diogo Feio (A7-0179/2011)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri [COM(2010)0523 - C7-0397/2010 - 2010/0277(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Vicky Ford (A7-0184/2011)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro [COM(2010)0524 - C7-0298/2010 - 2010/0278(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sylvie Goulard (A7-0180/2011)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika [COM(2010)0526 - C7-0300/2010 - 2010/0280(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Corien Wortmann-Kool (A7-0178/2011)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro [COM(2010)0525 - C7-0299/2010 - 2010/0279(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Carl Haglund (A7-0182/2011)

Elisa Ferreira, Diogo Feio, Vicky Ford, Sylvie Goulard, Corien Wortmann-Kool u Carl Haglund ppreżentaw ir-rapporti tagħhom.

Tkellmu András Kármán (President fil-kariga tal-Kunsill) u Olli Rehn (Viċi President tal-Kummissjoni).

Tkellmu Pervenche Berès (rapporteur tal-Kumitat EMPL) u Sari Essayah (li ssostitwiet lil David Casa, rapporteur tal-Kumitat EMPL).

Tkellmu Herbert Dorfmann f'isem il-Grupp PPE, Stephen Hughes f'isem il-Grupp S&D, Sharon Bowles f'isem il-Grupp ALDE, Ivo Strejček f'isem il-Grupp ECR, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, Claudio Morganti f'isem il-Grupp EFD, Hans-Peter Martin, Krišjānis Kariņš, Udo Bullmann, Olle Schmidt, Kay Swinburne, Sven Giegold, Nikolaos Chountis, Francisco Sosa Wagner, Íñigo Méndez de Vigo, Edward Scicluna, Wolf Klinz, Derk Jan Eppink, Georgios Toussas, Andreas Mölzer, Danuta Maria Hübner, Liem Hoang Ngoc u Ramon Tremosa i Balcells.

PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ
Viċi President

Tkellmu Peter van Dalen, Ilda Figueiredo u Jean-Paul Gauzès.

(wara d-dibattitu: ara punt 18 tal- Minuti ta' 22.6.2011).


17. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja kkomunikaw in-nomina ta' Heidi Hautala bħala membru tal-Gvern Finlandiż b'seħħ mit-22 ta' Ġunju 2011 u s-sostituzzjoni tagħha fil-Parlament Ewropew minn Tarja Cronberg b'effett mill-istess data.

Skont l-Artikolu 7, paragrafu 1 u l-Artikolu 13, paragrafi 1 u 2 tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, kif ukoll l-Artikolu 4, paragrafi 1 u 4, tar-Regolament, il-Parlament jieħu nota ta' dan u jikkonstata li tbattal is-siġġu ta' Heidi Hautala b'effett mit-22 ta' Ġunju 2011 kif ukoll li saret l-elezzjoni ta' Tarja Cronberg b'effett mill-istess data.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Tarja Cronberg tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tidħol fil-kariga fil-Parlament tkun għamlet dikjarazzjoni bil-miktub li hija ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .


18. Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi ***I - L-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv * - Ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri *.- Is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro ***I - Is-sorveljanza ta' pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika ***I - Miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ***I (tkomplija tad-dibattitu)

(Għat-titli tad-dibattiti ara punt 16 tal-Minuti ta' 22.6.2011).

Tkellmu Antolín Sánchez Presedo, Ashley Fox, Werner Langen, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" Udo Bullmann u Marc Tarabella, Saïd El Khadraoui, Marianne Thyssen, Leonardo Domenici, José Manuel García-Margallo y Marfil, Alfredo Pallone, Astrid Lulling, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Werner Langen, Othmar Karas, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Franz Obermayr, Theodor Dumitru Stolojan, Sławomir Witold Nitras, Sirpa Pietikäinen u Thomas Mann.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly, Marc Tarabella, Nikolaos Salavrakos, Ildikó Gáll-Pelcz, Frédéric Daerden, Bastiaan Belder, Jaroslav Paška, Elena Băsescu u Franz Obermayr.

Tkellmu Olli Rehn, András Kármán, Elisa Ferreira u Diogo Feio.

PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU
Viċi President

Tkellmu Sylvie Goulard u Corien Wortmann-Kool.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 12.13 tal- Minuti ta' 23.6.2011, punt 12.14 tal- Minuti ta' 23.6.2011, punt 12.15 tal- Minuti ta' 23.6.2011, punt 12.16 tal- Minuti ta' 23.6.2011, punt 12.17 tal- Minuti ta' 23.6.2011 u punt 12.18 tal- Minuti ta' 23.6.2011.


19. Fjuwil użat u skart radjuattiv * (dibattitu)

Rapport dwar l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-ġestjoni ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv [COM(2010)0618 - C7-0387/2010- 2010/0306(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Romana Jordan Cizelj (A7-0214/2011)

Romana Jordan Cizelj ippreżenta r-rapport tiegħu.

Tkellem Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu Jean Lambert (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Pavel Poc (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Edit Herczog f'isem il-Grupp S&D, Fiona Hall f'isem il-Grupp ALDE, Evžen Tošenovský f'isem il-Grupp ECR, Béla Kovács Membru mhux affiljat, Maria Da Graça Carvalho, Marita Ulvskog, Corinne Lepage, Marina Yannakoudakis, Paul Rübig, Hannes Swoboda, Vladimir Urutchev, Judith A. Merkies, András Gyürk u Francesco De Angelis.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Marian-Jean Marinescu, Csaba Sógor, Jaroslav Paška, Elena Băsescu u Miroslav Mikolášik.

Tkellmu Günther Oettinger u Romana Jordan Cizelj.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 12.21 tal- Minuti ta' 23.6.2011.


20. Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:

Anna Záborská, László Tőkés, Alexander Mirsky, Nikolaos Salavrakos, Nicole Sinclaire, Mariya Nedelcheva, Czesław Adam Siekierski, Elisabeth Köstinger, Ramon Tremosa i Balcells, Spyros Danellis, Marek Henryk Migalski, Paul Murphy, Monika Smolková, Michail Tremopoulos, Katarína Neveďalová, Pat the Cope Gallagher, John Bufton, Oriol Junqueras Vies, Csaba Sógor, Cristian Silviu Buşoi, Zbigniew Ziobro u Jacek Olgierd Kurski.


21. It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra u r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-analiżi tal-alternattivi biex isir progress lil hinn mit-tnaqqis ta' 20 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra u l-valutazzjoni tar-riskju ta' rilokazzjoni ta' emissjonijiet tal-karbonju [2011/2012(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Bas Eickhout (A7-0219/2011)

Bas Eickhout għamel il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Jo Leinen, Jacek Olgierd Kurski, Paul Rübig, Jaroslav Paška, Maria Da Graça Carvalho, Zbigniew Ziobro u Elena Băsescu.

Tkellem Günther Oettinger (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: is-seduta li jmiss tas-sessjoni.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 466.027/OJJE).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 00.05.

Klaus Welle

Jerzy Buzek

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Áder, Agnew, Albertini, Albrecht, Alfano, Alfonsi, Allam, Alvaro, Alves, Andreasen, Andrés Barea, Andrikienė, Angelilli, Antinoro, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arif, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Ayala Sender, Aylward, van Baalen, Bach, Badia i Cutchet, Bagó, Baldassarre, Balzani, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Baudis, Bauer, Bearder, Becker, Belder, Belet, Bendtsen, Bennahmias, Berès, Berlato, Berlinguer, Berman, Besset, Bielan, Bilbao Barandica, Binev, Bisky, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Bodu, Böge, Bokros, Bonsignore, Borghezio, Borsellino, Boştinaru, Boulland, Bové, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Brepoels, Březina, Brok, Brons, Brzobohatá, Bufton, Bullmann, Buşoi, Busuttil, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Campbell Bannerman, Cancian, Canfin, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Casa, Casini, Caspary, Castex, Cavada, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Christensen, Claeys, Coelho, Cofferati, Colman, Comi, Correia De Campos, Cortés Lastra, Silvia Costa, Cozzolino, Crocetta, Cutaş, Cymański, Frédéric Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Dantin, Dati, Daul, David, Davies, De Angelis, de Brún, De Castro, Dehaene, De Keyser, Delli, Delvaux, De Mita, De Rossa, De Sarnez, Désir, Deß, Deutsch, Deva, De Veyrac, Díaz de Mera García Consuegra, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Droutsas, Duff, Durant, Dušek, Ehrenhauser, Eickhout, Ek, El Khadraoui, Elles, Enciu, Engel, Engström, Eppink, Ernst, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajmon, Fajon, Falbr, Farage, Färm, Feio, Ferber, Elisa Ferreira, Fidanza, Figueiredo, Fisas Ayxela, Flašíková Beňová, Flautre, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fox, Fraga Estévez, Franco, Gahler, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, García-Margallo y Marfil, García Pérez, Gardiazábal Rubial, Gargani, Garriga Polledo, Gauzès, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, Göncz, Goulard, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grelier, Grèze, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Gualtieri, Guillaume, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Häfner, Haglund, Fiona Hall, Handzlik, Hankiss, Hannan, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Hedh, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Higgins, Nadja Hirsch, Hoang Ngoc, Hoarau, Hohlmeier, Hökmark, Hortefeux, Howitt, Danuta Maria Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ilchev, in 't Veld, Iovine, Irigoyen Pérez, Itälä, Iturgaiz Angulo, Ivanova, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Járóka, Jazłowiecka, Jeggle, Jiménez-Becerril Barrio, Jordan Cizelj, Jørgensen, Junqueras Vies, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Kelam, Keller, Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Klinz, Klute, Koch, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Béla Kovács, Kovatchev, Kowal, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure , Lambert, Lamberts, Lange, de Lange, Langen, La Via, Le Brun, Lechner, Le Foll, Le Grip, Legutko, Lehne, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lepage, Jean-Marie Le Pen, Marine Le Pen, Liberadzki, Liese, Liotard, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lynne, Lyon, McAvan, McCarthy, Macovei, Madlener, Manders, Maňka, Mann, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mavronikolas, Mayer, Mayor Oreja, Mazzoni, Meissner, Mélenchon, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Merkies, Mészáros, Mikolášik, Milana, Millán Mon, Mitchell, Mölzer, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Morvai, Mulder, Muñiz De Urquiza, Murphy, Muscardini, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Nicholson, Nicolai, Niebler, van Nistelrooij, Nitras, Nuttall, Obermayr, Ojuland, Olbrycht, Olejniczak, Oomen-Ruijten, Őry, Ouzký, Pack, Paleckis, Paliadeli, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Parvanova, Paşcu, Paška, Patrão Neves, Paulsen, Peillon, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pirker, Pittella , Plumb, Poc, Podimata, Ponga, Poręba, Portas, Pöttering, Poupakis, Preda, Prodi, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivellini, Rochefort, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salavrakos, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sârbu, Sartori, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar-Toomast, Schaldemose, Schlyter, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schroedter, Schwab, Scicluna, Scottà, Scurria, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sinclaire, Sippel, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Smith, Smolková, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Speroni, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Sterckx, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Emil Stoyanov, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Susta, Svensson, Eva-Britt Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Szymański, Tabajdi, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Taylor, Teixeira, Theocharous, Theurer, Thomsen, Thun und Hohenstein, Thyssen, Ţicău, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Tremopoulos, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Van Orden, Vaughan, Verheyen, Vidal-Quadras, Vigenin, Vlasák, Vlasto, Voss, Wałęsa, Wallis, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Werthmann, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Włosowicz, Wojciechowski, Wortmann-Kool, Yáñez-Barnuevo García, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Ziobro, Zver, Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza