Id-dikjarazzjoni bil-miktub 0014/2011 imressqa mill-Membri Konstantinos Poupakis, Richard Howitt, Ádám Kósa, Eva Lichtenberger u Cecilia Wikström dwar sistema ta' tikkettjar bil-Braille fuq l-imballaġġ tal-prodotti industrijali ġiet ffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament u għalhekk, skont it-termini tal-Artikolu 123, paragrafi 3 u 4, tar-Regolament, tintbagħat lid-destinatarji tagħha u tkun ippubblikata fit-Testi Adottati tas-seduta (P7_TA(2011)0299) bl-indikazzjoni fil-minuti ta' isem il-firmatarji (ara l-Appendiċi 1).