Il-President għamel dikjarazzjoni dwar il-ftuħ tal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill fl-1 ta' Lulju 2011.
Sussegwentement għamel referenza għar-referendum dwar ir-riforma kostituzzjonali fil-Marokk, li sar fl-1 ta' Lulju 2011.
Il-President iddeplora l-arrest ta' mijiet ta' persuni matul manifestazzjonijiet paċifiċi fil-Bjelorussja lbieraħ, u talab li jinħelsu immedjatament u mingħajr kondizzjonijiet.