Viktor Uspaskich ressaq quddiem il-President tal-Parlament it-talba għal reviżjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2010 biex titneħħa l-immunità Parlamentari tiegħu, fid-dawl ta' żviluppi f'dan il-każ.
Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba tressqet lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
° ° ° °
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, matul il-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2011, iddiskuta l-ittra ta' Nigel Farage lill-President tal-Parlament, fejn, b'referenza għall-Artikolu 6 tar-Regoli ta' Proċedura, huwa lmenta dwar kif jiġu ttrattati l-immunitajiet Parlamentari fl-Ewropa.
Bi 11-il vot favur, 3 kontra u astensjoni 1, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali wasal għall-konklużjoni li, billi ma kinetx relatata ma' każ speċifiku ta' immunità Parlamentari, it-talba ta' Nigel Farage ma setgħetx tintlaqa'.