Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Settembru 2011 - Strasburgu

2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-inizjattivi reċenti tal-UE biex tiġġieled il-kriżi ekonomika u dikjarazzjoni dwar il-kunflitt fil-Libja.

Tkellmu Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li semma ż-żjara tal-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi għada fil-Parlament u ssuġġerixxa li f'din l-okkażżjoni jiltaqa' mal-Kumitat ECON, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li appoġġat il-proposta ta' Guy Verhofstadt, Mario Mauro f'isem il-Grupp PPE, u Werner Langen (Il-President qal li din ma kinitx żjara uffiċjali).

Il-President fakkar li għada se jżur il-Parlament il-President tar-Repubblika tal-Polonja Bronisław Komorowski.

Il-President għarraf li l-Parlament se jingħaqad mal-Jum Internazzjonali tad-Demokrazija tan-Nazzjonijiet Uniti fil-15 ta' Settembru 2011.

Il-President ikkundanna l-vjolenza fit-2 ta' Lulju 2011 kontra l-Membru Parlamentari Sajjad Karim, u tah l-appoġġ tiegħu.

Tkellmu dwar iż-żjara tal-Prim Ministru Taljan Niccolò Rinaldi u Mario Mauro.

Avviż legali - Politika tal-privatezza