Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Settembru 2011 - Strasburgu

18. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Settembru I 2011 (PE 470.595/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp PPE biex tkun antiċipata għas-sessjoni attwali l-votazzjoni dwar il-proposti għal riżoluzzjoni mressqa fil-konklużjoni tad-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (punt 180 tal-PDOJ).

Tkellmu Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, biex jappoġġjaha, u Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, kontra din it-talba.

Il-Parlament approva t-talba permezz tal-VE (131 favur, 95 kontra, 7 astensjonijiet).

L-iskadenzi għat-tressiq huma stabbiliti kif ġej:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta, 13 ta' Settembru, fl-10.00

emendi u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa, 14 a' Settembru, fl-10.00

emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti l-Erbgħa, 14 a' Settembru, fil-11.00

Il-votazzjoni se ssir il-Ħamis.

°
° ° °

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

Avviż legali - Politika tal-privatezza