Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Żieda qawwija ta' sensji bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, b'mod partikolari f'ARCELOR u Nokia
László Andor (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellmu Anne Delvaux f'isem il-Grupp PPE, Alejandro Cercas f'isem il-Grupp S&D, Philippe De Backer f'isem il-Grupp ALDE, u Oldřich Vlasák f'isem il-Grupp ECR.
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI Viċi President
Tkellmu Isabelle Durant f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, John Bufton f'isem il-Grupp EFD, Lena Kolarska-Bobińska, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Philippe Lamberts, Frédéric Daerden, Frédérique Ries, Martin Callanan, Philippe Lamberts, Paul Murphy u Astrid Lulling, Corina Creţu, Charles Goerens, Tomasz Piotr Poręba, Karima Delli, Traian Ungureanu, Jutta Steinruck, Diana Wallis, Claude Turmes, Véronique De Keyser, Elisabeth Schroedter, Catherine Trautmann u Bruno Gollnisch.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Danuta Jazłowiecka, Iosif Matula, Csaba Sógor, Ioan Enciu, Antonio Masip Hidalgo, Vasilica Viorica Dăncilă, Sergio Gaetano Cofferati, Izaskun Bilbao Barandica u Ilda Figueiredo.