16. Is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) * - Il-Kompatibbiltà tal-Ftehimiet tat-Taxxa Brittaniċi u Ġermaniżi mal-Isvizzera, mad-Direttiva tal-UE dwar it-Tassazzjoni ta' Riżervi fuq id-Dħul (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) [COM(2010)0784 - C7-0030/2011- 2010/0387(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A7-0314/2011)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000229/2011) imressqa minn Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Il-Kompatibbiltà tal-Ftehimiet tat-Taxxa Brittaniċi u Ġermaniżi mal-Isvizzera, mad-Direttiva tal-UE dwar it-Tassazzjoni ta' Riżervi fuq id-Dħul (B7-0635/2011)
Sven Giegold ippreżenta r-rapport tiegħu u daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellmu Werner Langen f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc f'isem il-Grupp S&D, Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Werner Langen, Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, John Bufton f'isem il-Grupp EFD, Astrid Lulling, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Werner Langen, Saïd El Khadraoui, Jaroslav Paška u Sławomir Witold Nitras.
Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu.
Tkellmu Algirdas Šemeta u Sven Giegold.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8_5 tal-Minuti tas-26 ta' Ottubru 2011.