2. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward l-Anness XVII (sustanzi CMR) (D007340/04 - 2011/2867(RPS) - skadenza: 15/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (D015629/02 - 2011/2882(RPS) - skadenza: 21/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi ("REACH") (D015867/02 - 2011/2868(RPS) - skadenza: 15/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu tal-Isfar Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) (D016141/02 - 2011/2883(RPS) - skadenza: 21/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni unilaterali mill-Italja ta' gassijiet b'effett ta’ serra u attivitajiet addizzjonali fl-iskema għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D016343/01 - 2011/2871(RPS) - skadenza: 19/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti (D016771/01 - 2011/2869(RPS) - skadenza: 18/11/2011) irreferut responsabbli: IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (D016894/01 - 2011/2892(RPS) - skadenza: 24/01/2012) irreferut responsabbli: IMCO