Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni tal-Kumitat Parlamentari tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles(ŻEE/EFTA) kif ukoll lill-osservaturi tal-Assemblea Federali Svizzera, immexxija minn Svein Roald Hansen, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.
F'din l-okkażjoni ta ġieħ lill-vittmi tal-massakri li seħħew in-Norveġja fit-22 ta' Lulju 2011.