Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha [13110/2011 - 2011/2020(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Korapporteurs: Francesca Balzani u José Manuel Fernandes (A7-0354/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
José Manuel Fernandes (korapporteur) biex jagħmel kjarifika teknika għall-paragrafu 68.
Miguel Portas f'isem il-Grupp GUE/NGL ressaq emenda orali għall-emenda 33, li ma ġietx aċċettata, billi aktar minn 40 Membru opponew li din tiġi kkunsidrata.
José Manuel Fernandes biex jagħmel kjarifika dwar il-votazzjoni tal-emenda 41.