Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni [COM(2010)0815 - C7-0016/2011- 2010/0395(COD)] - Kumitat għall-Baġit - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Korapporteurs: Ingeborg Gräßle u Crescenzio Rivellini (A7-0325/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
Franziska Katharina Brantner f'isem il-Grupp Verts/ALE, ressqet emenda orali għall-emenda 271, li ġiet aċċettata.
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Ingeborg Gräßle (korapporteur), qabel il-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva, talbet, abbażi tal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ir-referenza lura lill-Kumitat tar-rapport.
Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) tkellem dwar din ir-referenza lura lill-Kumitat.