2. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward l-Anness XVII (sustanzi CMR) (D007340/04 - 2011/2867(RPS) - skadenza: 15/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Direttiva tal-Kummissjoni .../…/UE li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (D015629/02 - 2011/2882(RPS) - skadenza: 21/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi ("REACH") (D015867/02 - 2011/2868(RPS) - skadenza: 15/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu tal-Isfar Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) (D016141/02 - 2011/2883(RPS) - skadenza: 21/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni unilaterali mill-Italja ta' gassijiet b'effett ta’ serra u attivitajiet addizzjonali fl-iskema għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D016343/01 - 2011/2871(RPS) - skadenza: 19/01/2012) irreferut responsabbli: ENVI
- Abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti (D016771/01 - 2011/2869(RPS) - skadenza: 18/11/2011) irreferut responsabbli: IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (D016894/01 - 2011/2892(RPS) - skadenza: 24/01/2012) irreferut responsabbli: IMCO
3. Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit 2012 kif modifikat mill-Kunsill - it-taqsimiet kollha - Il-mobilizzazzjoni tal-istrument ta' flessibilità favur il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Programm Qafas ta' Riċerka (dibattitu)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha[13110/2011 – C7-0247/2011 – 2011/2020(BUD)] u l-ittri emendatorji Nri 1/2012 (COM(2011)0372) u 2/2012 (COM(2011)0576) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 – Kumitat għall-Baġits. Korapporteurs: Francesca Balzani u José Manuel Fernandes (A7-0354/2011)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità favur l-Istrateġija UE 2020 u l-viċinat Ewropew, b'konformità mal-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba [COM(2011)0373 - C7-0164/2011- 2011/2126(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Reimer Böge (A7-0353/2011)
Francesca Balzani, José Manuel Fernandes u Reimer Böge ppreżentaw ir-rapporti tagħhom.
Tkellmu Jacek Dominik (President fil-kariga tal-Kunsill) u Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu María Muñiz De Urquiza (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Charles Goerens (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Peter Šťastný (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Olle Ludvigsson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Pervenche Berès (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Jutta Haug (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Reinhard Bütikofer (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Edvard Kožušník (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Bogusław Liberadzki (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), László Surján (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Luis Manuel Capoulas Santos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Britta Reimers (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Morten Løkkegaard (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Franziska Keller (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), Silvana Koch-Mehrin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Giovanni La Via f'isem il-Grupp PPE, Göran Färm f'isem il-Grupp S&D, Anne E. Jensen f'isem il-Grupp ALDE, Lajos Bokros f'isem il-Grupp ECR, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Miguel Portas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, Lucas Hartong Membru mhux affiljat, u Salvador Garriga Polledo.
PRESIDENZA: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu Derek Vaughan, Alexander Alvaro, James Elles, François Alfonsi, Jürgen Klute, Claudio Morganti, Angelika Werthmann, Alain Lamassoure, Edit Herczog, Carl Haglund, Derk Jan Eppink, Frank Vanhecke, Marian-Jean Marinescu, Roberto Gualtieri, Estelle Grelier, Lambert van Nistelrooij, Eider Gardiazábal Rubial u Sidonia Elżbieta Jędrzejewska.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Damien Abad, Zigmantas Balčytis, Barbara Matera, Peter van Dalen, João Ferreira, Paul Rübig, Alfreds Rubiks, Frédéric Daerden u Sergio Paolo Francesco Silvestris.
Tkellmu Janusz Lewandowski, Jacek Dominik, Francesca Balzani, José Manuel Fernandes u Reimer Böge.
Tkellem Morten Løkkegaard (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT) biex jippreċiża l-intervent preċedenti tiegħu minħabba problema ta' interpretazzjoni.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: A7-0354/2011 fis-26 ta' Ottubru 2011(punt 8.2 tal-PV tas-26 ta' Ottubru 2011)
Il-votazzjoni dwar ir-rapport A7-0353/2011 se ssir waqt is-sessjoni parzjali li jmiss.
4. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni [COM(2010)0815 - C7-0016/2011- 2010/0395(COD)] - Kumitat għall-Baġit - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Korapporteurs: Ingeborg Gräßle u Crescenzio Rivellini (A7-0325/2011)
Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzoni tal-Kumitat Parlamentari tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles(ŻEE/EFTA) kif ukoll lill-osservaturi tal-Assemblea Federali Svizzera, immexxija minn Svein Roald Hansen, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.
F'din l-okkażjoni ta ġieħ lill-vittmi tal-massakri li seħħew in-Norveġja fit-22 ta' Lulju 2011.
6. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (kumplament tad-dibattitu)
Tkellem Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Edit Herczog (sostituta ta' Ivailo Kalfin, rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Franziska Katharina Brantner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Jan Olbrycht (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Jean-Pierre Audy f'isem il-Grupp PPE, Jens Geier f'isem il-Grupp S&D, Jan Mulder f'isem il-Grupp ALDE, Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, u Göran Färm.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik u Sergio Paolo Francesco Silvestris.
Tkellmu Janusz Lewandowski u Ingeborg Gräßle.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8_6 tal-Minuti tas-26 ta' Ottubru 2011.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).
PRESIDENZA: Jerzy BUZEK President
7. Avviż mill-Presidenza
Il-President ħabbar it-tnedija ta' netwerk ġdid ta' Wi-Fi fil-binjiet tal-Parlament, u rringrazzja u feraħ lis-servizzi tad-DĠ ITEC u lill-Viċi President Rainer Wieland inkarigat minn dan il-proġett.
8. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Tkellmu Potito Salatto dwar iż-żjara eventwali ta' delegazzjoni tal-Parlament f'Teheran (il-President ħa nota tagħha), Ivo Vajgl dwar is-serq ta' tliet operaturi umanitarji mill-kamp tar-rifuġjati ta' Tindouf (fl-Alġerija) li seħħ fil-lejl ta' bejn it-22 u t-23 ta' Ottubru, u talab lil Catherine Ashton, Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, teżamina l-kwistjoni (il-President jaqsam dan it-tħassib mal-kelliem), u Miguel Portas dwar l-ordni tal-votazzjonijiet tal-emendi tal-baġit 1241 u 985.
8.1. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea – sena finanzjarja 2012 (votazzjoni)
Abbozz ta' emenda tal-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-abbozz tal-baġit ġenerali 2012, rigward il-Kummissjoni
Abbozz ta' emenda tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX tal-abbozz tal-baġit ġenerali 2012 f'dak li għandu x'jaqsam mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, biex ikunu adottati, l-abbozzi ta' emendi għandhom jiksbu l-voti tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament Ewropew
(L-abbozzi ta' emenda adottati jinsabu mehmuża mat-"Testi adottati")
(Dettalji tal-votazzjoni: anness "Riżultati tal-votazzjonijiet", punt 1)
Interventi
Qabel il-votazzjoni
Francesca Balzani (rapporteur ġenerali għall-baġit) ipproponiet l-emendi tekniċi li ġejjin, li l-Parlament approva:
"Għal-linji 05 04 05 02 ("Assistenza teknika operattiva") u 05 08 06 ("Tisħiħ ta' għarfien pubbliku tal-politika agrikola komuni"), l-emendi BUDG 1207 u 1206 hekk kif jidhru fid-dokumenti ta' seduta ma jinkludux l-emendi li saru għall-ammonti. Jixraq li dawn l-emendi jiġu inklużi u adottati biex jerġgħu jistabbilixxu l-ammonti previsti fl-abbozz tal-baġit, jiġifieri:
+ 2.5 u + 3 miljuni rispettivament f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, għal-linja 05 04 05 02 (emenda 1207);
u + 1 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji kif ukoll f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, għal-linja 05 08 06 (emenda 1206).
Barra minn hekk, il-kummenti dwar il-linji tal-baġit ta' ċerti aġenziji se jkunu suġġetti ta' aġġustamenti tekniċi bil-għan li jkunu jikkorrispondu għall-ammonti definittivi adottati."
Waqt il-votazzjoni
Miguel Portas, biex jitlob li jkun invertit l-ordni tal-votazzjoni tal-emendi 1241 u 985, u José Manuel Fernandes (korapporteur) kontra din it-talba, li ma ntlaqgħatx.
Wara l-votazzjoni
Jacek Dominik (President fil-kariga tal-Kunsill) ħa nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u stqarr li huwa favorevoli li jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat ta' Lisbona.
8.2. Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit 2012 kif modifikat mill-Kunsill - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha [13110/2011 - 2011/2020(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Korapporteurs: Francesca Balzani u José Manuel Fernandes (A7-0354/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 2)
José Manuel Fernandes (korapporteur) biex jagħmel kjarifika teknika għall-paragrafu 68.
Miguel Portas f'isem il-Grupp GUE/NGL ressaq emenda orali għall-emenda 33, li ma ġietx aċċettata, billi aktar minn 40 Membru opponew li din tiġi kkunsidrata.
José Manuel Fernandes biex jagħmel kjarifika dwar il-votazzjoni tal-emenda 41.
PRESIDENZA: Libor ROUČEK Viċi President
8.3. Il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja [11114/2011 - C7-0184/2011- 2011/0033(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Herbert Reul (A7-0316/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 3)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
8.4. Ftehim Stati Uniti tal-Amerika/KE dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' GALILEO u tal-GPS *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' GALILEO u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra [11117/2011 - C7-0185/2011- 2011/0054(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Herbert Reul (A7-0332/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 4)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
8.5. Is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (Riformulazzjoni) [COM(2010)0784 - C7-0030/2011- 2010/0387(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A7-0314/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 5)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
8.6. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni [COM(2010)0815 - C7-0016/2011- 2010/0395(COD)] - Kumitat għall-Baġit - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Korapporteurs: Ingeborg Gräßle u Crescenzio Rivellini (A7-0325/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 6)
Franziska Katharina Brantner f'isem il-Grupp Verts/ALE, ressqet emenda orali għall-emenda 271, li ġiet aċċettata.
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Ingeborg Gräßle (korapporteur), qabel il-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva, talbet, abbażi tal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, ir-referenza lura lill-Kumitat tar-rapport.
Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) tkellem dwar din ir-referenza lura lill-Kumitat.
Il-Parlament approva t-talba.
8.7. L-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda (votazzjoni)
Rapport dwar l-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda [2011/2067(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Regina Bastos (A7-0320/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 7)
Carlo Fidanza, Guido Milana, Francesco De Angelis, Gianluca Susta, Elena Băsescu, Robert Dušek, Licia Ronzulli, Peter Jahr, Iva Zanicchi, Sergio Paolo Francesco Silvestris u Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė.
10. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.50 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
11. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel
Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.
12. L-istabbiliment ta' programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000238/2011) imressqa minn Rui Tavares f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nadja Hirsch, Renate Weber, Alexander Alvaro, Sonia Alfano, Norica Nicolai, Sarah Ludford, Jens Rohde, Louis Michel, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Antonio Masip Hidalgo f'isem il-Grupp S&D, Georgios Papanikolaou f'isem il-Grupp PPE , Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kunsill: It-twaqqif ta' programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni (B7-0636/2011)
Rui Tavares, Nadja Hirsch, Antonio Masip Hidalgo, Georgios Papanikolaou u Kyriacos Triantaphyllides daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali.
Piotr Stachańczyk (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija bi tweġiba orali. Tkellem Rui Tavares biex jitlob kjarifika lill-Kunsill (il-President għarrfu li se jirċievi tweġiba fit-tmiem tad-dibattitu).
Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet għall-mistoqsija bi tweġiba orali.
Tkellmu Claude Moraes f'isem il-Grupp S&D, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Malika Benarab-Attou f'isem il-Grupp Verts/ALE, Monika Flašíková Beňová, Tanja Fajon u Sylvie Guillaume.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Andrew Henry William Brons, Hubert Pirker u Elena Băsescu.
Tkellmu Cecilia Malmström u Piotr StachańczykPiotr Stachańczyk.
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000214/2011) imressqa minn Jo Leinen f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: It-theddida tar-reżistenza antimikrobika għas-saħħa pubblika (B7-0633/2011)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000215/2011) imressqa minn Jo Leinen f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: It-theddida tar-reżistenza antimikrobika għas-saħħa pubblika (B7-0634/2011)
Jo Leinen daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet bi tweġiba orali.
Adam FronczakAdam Fronczak (President fil-kariga tal-Kunsill) u John Dalli (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu għall-mistoqsijiet.
PRESIDENZA: Giles CHICHESTER Viċi President
Tkellmu Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE, Linda McAvan f'isem il-Grupp S&D, Theodoros Skylakakis f'isem il-Grupp ALDE, Janusz Wojciechowski f'isem il-Grupp ECR, Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, Horst Schnellhardt, Åsa Westlund, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Marisa Matias, Elisabeth Jeggle, Karin Kadenbach, Britta Reimers, Esther de Lange, Judith A. Merkies u Peter Liese.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Kriton Arsenis, Charles Tannock u Silvia-Adriana Ţicău.
Tkellmu John Dalli u Adam Fronczak.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
Françoise Grossetête, Linda McAvan, Theodoros Skylakakis, Miroslav Ouzký, Bart Staes, Kartika Tamara Liotard u Oreste Rossi, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar it-theddida għas-saħħa pubblika tar-reżistenza antimikrobika (B7-0538/2011)
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8_8 tal-PV tas-27 ta' Ottubru 2011.
14. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-grupp PPE:
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija: Philippe Boulland minflok Theodor Dumitru Stolojan
Delegazzjoni għall-Kumitat għall-Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u l-Moldova : Theodor Dumitru Stolojan
Id-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet bejn l-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): Theodor Dumitru Stolojan.
Dawn in-nomini se jitqiesu ratifikati jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni għalihom minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-minuti.
15. L-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (revoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI) ***I - Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri previsti fil-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tat-tfal (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/ĠAI [COM(2010)0094 - C7-0088/2010- 2010/0064(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Roberta Angelilli (A7-0294/2011)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000231/2011) imressqa minn Roberta Angelilli, Simon Busuttil, Manfred Weber, Salvatore Iacolino f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri previsti fil-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tat-tfal (B7-0627/2011)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000273/2011) imressqa minn Renate Weber, Marielle De Sarnez, Jan Mulder, Cecilia Wikström, Sonia Alfano, Nathalie Griesbeck, Ramon Tremosa i Balcells, Andrea Zanoni, Sarah Ludford, Nadja Hirsch, Louis Michel f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Id-drittijiet tat-tfal fl-UE (B7-0637/2011)
Roberta Angelilli ppreżentat ir-rapport tagħha u daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0627/2011.
Cecilia Wikström daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija bi tweġiba orali B7-0637/2011.
Tkellmu Krzysztof Kwiatkowski (President fil-kariga tal-Kunsill) u Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Petra Kammerevert (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Marina Yannakoudakis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Simon Busuttil f'isem il-Grupp PPE, Kinga Göncz f'isem il-Grupp S&D, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kyriacos Triantaphyllides f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nikolaos Salavrakos f'isem il-Grupp EFD, u Diane Dodds Membru mhux affiljata.
PRESIDENZA: Diana WALLIS Viċi President
Tkellmu Michèle Striffler, Birgit Sippel, Sarah Ludford, Valdemar Tomaševski, Jan Philipp Albrecht, Oreste Rossi, Nick Griffin, Sabine Verheyen, Vilija Blinkevičiūtė, Alexander Alvaro, Peter van Dalen, Claudio Morganti, Kinga Gál, Monika Flašíková Beňová, Zbigniew Ziobro, Salvatore Iacolino, Emine Bozkurt, Emma McClarkin, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Antigoni Papadopoulou, Mariya Nedelcheva, Marco Scurria, Elena Băsescu, Heinz K. Becker, Véronique Mathieu, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Barbara Matera, Anna Maria Corazza Bildt, Miroslav Mikolášik u Anna Záborská.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Hubert Pirker, Silvia-Adriana Ţicău, Phil Prendergast, Seán Kelly, Eduard Kukan, Csaba Sógor u Angelika Werthmann.
Tkellmu Cecilia Malmström, Krzysztof Kwiatkowski u Roberta Angelilli.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8_2 tal-Minuti tas-27 ta' Ottubru 2011.
16. Kwalifika u status ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (formulazzjoni mill-ġdid) [COM(2009)0551 - C7-0250/2009- 2009/0164(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jean Lambert (A7-0271/2011)
Jean Lambert ippreżenta r-rapport tiegħu.
PRESIDENZA: László TŐKÉS Viċi President
Tkellmu Piotr Stachańczyk (President fil-kariga tal-Kunsill) u Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-Grupp PPE, Monika Flašíková Beňová f'isem il-Grupp S&D, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Marek Henryk Migalski f'isem il-Grupp ECR, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cornelis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Georgios Papanikolaou, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Takis Hadjigeorgiou, Sylvie Guillaume, Ioan Enciu u Antonio Masip Hidalgo.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Miroslav Mikolášik, Jaroslav Paška, Elena Băsescu u Hubert Pirker.
Tkellmu Cecilia Malmström, Piotr Stachańczyk u Jean Lambert.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8_3 tal-Minuti tas-27 ta' Ottubru 2011.
17. Ftehim UE-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) *** (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri [09825/2011 - C7-0304/2011- 2011/0126(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A7-0364/2011)
Sophia in 't Veld ippreżentat ir-rakkomandazzjoni.
Tkellmu Monica Luisa Macovei (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET) u Axel Voss f'isem il-Grupp PPE.
PRESIDENZA: Rodi KRATSA-TSAGAROPOULOU Viċi President
Tkellmu Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, Sarah Ludford f'isem il-Grupp ALDE, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Ehrenhauser Membru mhux affiljat, Hubert Pirker, Monika Flašíková Beňová, Judith Sargentini, Andreas Mölzer, Ágnes Hankiss, Kinga Göncz, Rui Tavares, Ioan Enciu u Dimitrios Droutsas.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Seán Kelly, Silvia-Adriana Ţicău u Jaroslav Paška.
Tkellmu Cecilia Malmström u Sophia in 't Veld.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8_5 tal-Minuti tas-27 ta' Ottubru 2011.
18. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 473.262/OJME).