Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Novembru 2011 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar it-terremot li reġa' laqat it-Turkija fil-ġimgħa li għaddiet. Esprima s-solidarjetà tal-Parlament mat-Turkija.

Il-President fakkar fl-għargħar tal-ġimgħa li għaddiet fin-Nofsinhar ta' Franza u fl-Italja. Esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-familji tal-vittmi u ma' dawk milquta minn din id-disgrazzja.

Il-President għarraf li fl-aħħar ta' Ottubru żar il-Libja. F'din l-okkażjoni ltaqa' mal-President, ma' ministri u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. It-taħdidiet irrigwardaw il-bini tad-demokazija u l-ekonomija tas-suq. Il-President żar ukoll it-Tuneżija fejn iltaqa' mal-President tal-Bank Ċentrali, mal-Prim Ministru u l-mexxejja tal-erba' partiti politiċi prinċipali. It-taħdidiet irrigwardaw il-ħolqien ta' Stat ta' dritt f'soċjetà miftuħa għal kulħadd. Il-President ta wkoll xi informazzjoni dwar iż-żjarat reċenti tiegħu fil-Balkani tal-Punent.

Il-President enfasizza l-importanza tad-dibattitu ta' prijorità tal-Erbgħa dwar il-governanza ekonomika li matulu l-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Eurogrupp se jagħmlu dikjarazzjonijiet.

Il-President informa li llum intemm il-Parlament taż-żgħażagħ tal-EuroMed Scola bil-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ minn erbgħin pajjiż.

Il-President stieden lill-Membri tal-Parlament jipparteċipaw f'konferenza dwar id-drittijiet tal-bniedem li se tittella' fit-23 ta' Novembru 2011 fil-Parlament Ewropew. Din se tkun konferenza ta' livell għoli bil-parteċipazzjoni ta' tnax-il rebbieħ tal-Premju Sakharov.

Il-President fakkar, f'isem il-Parlament, it-tifkira ta' Willy De Clercq, ex Membru tal-Parlament, Membru tal-Kummissjoni u Viċi Prim Ministru tal-Belġju. Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Avviż legali - Politika tal-privatezza