Talba mill-Kunsill biex tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza (Artikolu 142 tar-Regoli ta' Proċedura) għal:
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, id-Dikjarazzjoni dwar il-konċessjoni tal-opportunitajiet ta' sajd fl-ilmijiet tal-UE lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela għaż-żona ekonomika esklussiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża [C7-0121/2011 - 08202/2011 - 2010(0392)NLE]
Raġuni għall-urġenza: bżonn ta' garanzija tal-kontinwità tal-attivitajiet koperti mill-proposta.
Il-Parlament se jieħu deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura ta' urġenza fil-bidu tas-seduta ta' għada.