Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Novembru 2011 - Strasburgu

7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (00062/2011/LEX - C7-0416/2011 - 2010/0044(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (00031/2011/LEX - C7-0415/2011 - 2010/0281(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet baġitarji u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (00030/2011/LEX - C7-0414/2011 - 2010/0280(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (00029/2011/LEX - C7-0413/2011 - 2010/0279(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (00028/2011/LEX - C7-0412/2011 - 2010/0278(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà (00045/2011/LEX - C7-0411/2011 - 2010/0195(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/25/KE għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-istadji tal-emissjonijiet għal tratturi b'karreġġjata dejqa (00053/2011/LEX - C7-0410/2011 - 2011/0002(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea f'ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) bħala riżultat tad-deċiżjoni li jiżdied dan il-kapital (00049/2011/LEX - C7-0409/2011 - 2011/0014(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji (00039/2011/LEX - C7-0408/2011 - 2010/0232(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (00046/2011/LEX - C7-0407/2011 - 2006/0167(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro (00018/2011/LEX - C7-0406/2011 - 2010/0204(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni (00035/2011/LEX - C7-0405/2011 - 2010/0369(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni ta' modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti taħt il-politika agrikola komuni (00036/2011/LEX - C7-0404/2011 - 2010/0372(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (00038/2011/LEX - C7-0403/2011 - 2008/0249(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika agrikola komuni (00033/2011/LEX - C7-0402/2011 - 2010/0368(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija (00032/2011/LEX - C7-0401/2011 - 2010/0367(COD))

Avviż legali - Politika tal-privatezza