Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (tfassil mill-ġdid) [COM(2010)0475 - C7-0268/2010- 2010/0253(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Debora Serracchiani (A7-0367/2011)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", Punt 8)
Ramon Tremosa i Balcells ressaq emenda orali għall-emenda 53pc (Artikolu 6(4)), li ma ġietx aċċettata, billi aktar minn 40 Membru opponew li din tiġi kkunsidrata.