(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.30 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 21.00)
PRESIDENZA: Diana WALLISViċi President
Il-President irċieva mingħand il-Grupp S&D t-talbiet għal ħatra li ġejjin:
- Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: Vittorio Prodi minflok Wolfgang Kreissl-Dörfler
- Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Mercosur: Wolfgang Kreissl-Dörfler minflok Vittorio Prodi
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.