Tkellem Hannes Swoboda, li kkummenta l-affermazzjonijiet li għamel Claudio Morganti matul id-dibattitu tal-ġurnata preċedenti dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri (punt 13 tal- Minuti ta' 16.11.2011).
° ° ° °
Id-Dikjarazzjoni bil-Miktub 0035/2011 ippreżentata mill-Membri Marian-Jean Marinescu, Ádám Kósa, Eva Lichtenberger, Gesine Meissner u Gianni Pittella dwar il-ħtieġa ta' servizzi ta' emerġenza 112 aċċessibbli ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament. Għalhekk, skont l-Artikolu 123(3) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, se titressaq lid-destinatarji tagħha u tiġi ppubblikata fit-Testi Adottati ta' din is-seduta(P7_TA(2011)0519)waqt li l-ismijiet tal-firmatarji jiġu indikati fil-Minuti (ara l-Anness 1).