L-abbozz finali tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Novembru II (PE 473.691/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet imsemmija hawn taħt (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
L-Erbgħa
Id-dibattitu dwar żewġ rapporti ta' Bernhard Rapkay dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Viktor Uspaskich (A7-0411/2011 u A7-0413/2011) tniżżel bħala l-ewwel dibattitu tal-aġenda, b'konformità mal-Artikolu 7(8) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Ħamis
Id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar Ir-reazzjoni globali tal-UE għall-HIV/AIDS(punt 59 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) ġie sostitwit b'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istess suġġett.
Ir-rapport ta' Bernhard Rapkay dwar it-Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari tas-Sur Luigi de Magistris (A7-0412/2011) tniżżel għal waqt il-ħin tal-votazzjonijiet.
Il-ħin tal-votazzjonijiet ġie estiż sas-14.00.
° ° ° °
Tkellmu Peter van Dalen dwar l-elezzjonijiet fl-Eġittu (il-President ħa nota tal-intervent tiegħu) u, dwar il-ħin tal-votazzjonijiet tal-ġurnata sussegwenti, Joseph Daul, Sergio Paolo Francesco Silvestris u Bernd Posselt.
Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta minħabba eżerċizzju ta' evakwazzjoni: 15.15. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.55.)